|
+Artikolu 27h Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet |
Artikolu 27h Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijietArtikolu 27h Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet Dan il-Kapitolu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ( 14 ) u tad-Direttiva (UE) 2017/1132. Fużjonijiet u diviżjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“fużjoni” tfisser kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin li fihom:
(a)
kumpanija waħda jew aktar, meta tiġi xolta mingħajr ma tidħol f’likwidazzjoni, tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha jew partijiet minnhom lil kumpanija oħra eżistenti, il-kumpanija akkwirenti, bħala skambju għall-ħruġ lill-membri tagħha ta’ titoli jew ta’ ishma li jirrappreżentaw il-kapital ta’ dik il-kumpanija akkwirenti u, fejn applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jkunx aktar minn 10 % tal-valur nominali sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-liġi nazzjonali applikabbli, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità monetarja kontabilistika ta’ dawk it-titoli jew l-ishma;
(b)
kumpanija waħda jew aktar, meta tiġi xolta mingħajr ma tidħol f’likwidazzjoni, tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha jew partijiet minnhom lil kumpanija oħra eżistenti, il-kumpanija akkwirenti, mingħajr il-ħruġ ta’ kwalunkwe titolu jew sehem ġdid mill-kumpanija akkwirenti, dment li persuna waħda tkun id-detentur dirett jew indirett tat-titoli u tal-ishma kollha fil-kumpaniji li huma l-oġġett ta’ fużjoni jew li l-membri tal-kumpaniji li huma l-oġġett ta’ fużjoni jkunu d-detenturi tat-titoli u tal-ishma tagħhom bl-istess proporzjon fil-kumpaniji kollha li jkunu l-oġġett ta’ fużjoni;
(c)
żewġ kumpaniji jew aktar, meta jiġu xolti mingħajr ma jidħlu f’likwidazzjoni, jittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħhom jew partijiet minnhom lil kumpanija li jifformaw bejniethom, il-kumpanija l-ġdida, bħala skambju għall-ħruġ lill-membri tagħhom ta’ titoli jew ta’ ishma li jirrappreżentaw il-kapital ta’ dik il-kumpanija l-ġdida u, fejn applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jkunx aktar minn 10 % tal-valur nominali sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-liġi nazzjonali applikabbli, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità monetarja kontabilistika ta’ dawk it-titoli jew l-ishma;
(d)
kumpanija, meta tiġi xolta mingħajr ma tidħol f’likwidazzjoni, tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha jew partijiet minnhom lill-kumpanija li jkollha t-titoli jew l-ishma kollha li jirrappreżentaw il-kapital tagħha;
(2)
“diviżjoni” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
operazzjoni li biha, wara li tiġi stralċjata mingħajr ma tidħol f’likwidazzjoni, kumpanija tittrasferixxi lil aktar minn kumpanija waħda l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha bi skambju għall-allokazzjoni lill-azzjonisti tal-kumpanija li tkun qed tiġi diviża tat-titoli jew l-ishma fil-kumpaniji li jirċievu kontribuzzjonijiet bħala riżultat tad-diviżjoni u, fejn applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi nazzjonali applikabbli, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità monetarja kontabilistika ugwali ta’ dawk it-titoli jew l-ishma;
(b)
operazzjoni li biha, wara li tiġi stralċjata mingħajr ma tidħol f’likwidazzjoni, kumpanija tittrasferixxi lil aktar minn kumpanija waħda ffurmata ġdida l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha bi skambju għall-allokazzjoni lill-azzjonisti tal-kumpanija li tkun qed tiġi diviża tat-titolu jew l-ishma fil-kumpaniji riċevituri, u, fejn applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi nazzjonali applikabbli, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità monetarja kontabilistika ta’ dawk it-titoli jew l-ishma;
(c)
operazzjoni li tikkonsisti f’taħlita ta’ operazzjonijiet deskritti taħt il-punti (a) u (b);
(d)
operazzjoni li biha kumpanija li tkun qed tiġi diviża tittrasferixxi parti mill-assi u mill-obbligazzjonijiet tagħha lil kumpanija riċevitriċi waħda jew aktar bi skambju għall-ħruġ lill-membri tal-kumpanija li tkun qed tiġi diviża tat-titoli jew l-ishma fil-kumpaniji riċevituri, fil-kumpanija li tkun qed tiġi diviża jew kemm fil-kumpaniji riċevituri kif ukoll fil-kumpanija li qed tiġi diviża, u, fejn applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi nazzjonali applikabbli, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità monetarja kontabilistika ta’ dawk it-titoli jew l-ishma;
(e)
operazzjoni li biha kumpanija li tkun qed tiġi diviża tittrasferixxi parti mill-assi u mill-obbligazzjonijiet tagħha lil kumpanija riċevitriċi waħda jew aktar bi skambju għall-ħruġ lill-kumpanija li tkun qed tiġi diviża ta’ titoli jew ta’ ishma fil-kumpaniji riċevituri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|