+KAPITOLU 5 FUŻJONIJIET U DIVIŻJONIJIET
---+Artikolu 27h Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
---+Artikolu 27i Notifika u valutazzjoni tal-fużjoni jew tad-diviżjoni
------+Artikolu 27i 1.
------+Artikolu 27i 2.
------+Artikolu 27i 3.
------+Artikolu 27i 4.
------+Artikolu 27i 5.
------+Artikolu 27i 6.
------+Artikolu 27i 7.
------+Artikolu 27i 8.
------+Artikolu 27i 9.
------+Artikolu 27i 10.
---+Artikolu 27j Kriterji ta’ valutazzjoni
------+Artikolu 27j 1.
------+Artikolu 27j 2.
------+Artikolu 27j 3.
------+Artikolu 27j 4.
------+Artikolu 27j 5.
---+Artikolu 27k Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
------+Artikolu 27k 1.
------+Artikolu 27k 2.
------+Artikolu 27k 3.
---+Artikolu 27l Obbligi ta’ informazzjoni u penali
|
KAPITOLU 5 FUŻJONIJIET U DIVIŻJONIJIET
KAPITOLU 5 FUŻJONIJIET U DIVIŻJONIJIET
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27h Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
|
Artikolu 27h
Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
Dan il-Kapitolu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (
14
) u tad-Direttiva (UE) 2017/1132.
Fużjonijiet u diviżjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“fużjoni” tfisser kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin li fihom:
(a)
kumpanija waħda jew aktar, meta tiġi xolta mingħajr ma tidħol f’likwidazzjoni, tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha jew partijiet minnhom lil kumpanija oħra eżistenti, il-kumpanija akkwirenti, bħala skambju għall-ħruġ lill-membri tagħha ta’ titoli jew ta’ ishma li jirrappreżentaw il-kapital ta’ dik il-kumpanija akkwirenti u, fejn applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jkunx aktar minn 10 % tal-valur nominali sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-liġi nazzjonali applikabbli, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità monetarja kontabilistika ta’ dawk it-titoli jew l-ishma;
(b)
kumpanija waħda jew aktar, meta tiġi xolta mingħajr ma tidħol f’likwidazzjoni, tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha jew partijiet minnhom lil kumpanija oħra eżistenti, il-kumpanija akkwirenti, mingħajr il-ħruġ ta’ kwalunkwe titolu jew sehem ġdid mill-kumpanija akkwirenti, dment li persuna waħda tkun id-detentur dirett jew indirett tat-titoli u tal-ishma kollha fil-kumpaniji li huma l-oġġett ta’ fużjoni jew li l-membri tal-kumpaniji li huma l-oġġett ta’ fużjoni jkunu d-detenturi tat-titoli u tal-ishma tagħhom bl-istess proporzjon fil-kumpaniji kollha li jkunu l-oġġett ta’ fużjoni;
(c)
żewġ kumpaniji jew aktar, meta jiġu xolti mingħajr ma jidħlu f’likwidazzjoni, jittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħhom jew partijiet minnhom lil kumpanija li jifformaw bejniethom, il-kumpanija l-ġdida, bħala skambju għall-ħruġ lill-membri tagħhom ta’ titoli jew ta’ ishma li jirrappreżentaw il-kapital ta’ dik il-kumpanija l-ġdida u, fejn applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jkunx aktar minn 10 % tal-valur nominali sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-liġi nazzjonali applikabbli, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità monetarja kontabilistika ta’ dawk it-titoli jew l-ishma;
(d)
kumpanija, meta tiġi xolta mingħajr ma tidħol f’likwidazzjoni, tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha jew partijiet minnhom lill-kumpanija li jkollha t-titoli jew l-ishma kollha li jirrappreżentaw il-kapital tagħha;
(2)
“diviżjoni” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
operazzjoni li biha, wara li tiġi stralċjata mingħajr ma tidħol f’likwidazzjoni, kumpanija tittrasferixxi lil aktar minn kumpanija waħda l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha bi skambju għall-allokazzjoni lill-azzjonisti tal-kumpanija li tkun qed tiġi diviża tat-titoli jew l-ishma fil-kumpaniji li jirċievu kontribuzzjonijiet bħala riżultat tad-diviżjoni u, fejn applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi nazzjonali applikabbli, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità monetarja kontabilistika ugwali ta’ dawk it-titoli jew l-ishma;
(b)
operazzjoni li biha, wara li tiġi stralċjata mingħajr ma tidħol f’likwidazzjoni, kumpanija tittrasferixxi lil aktar minn kumpanija waħda ffurmata ġdida l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha bi skambju għall-allokazzjoni lill-azzjonisti tal-kumpanija li tkun qed tiġi diviża tat-titolu jew l-ishma fil-kumpaniji riċevituri, u, fejn applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi nazzjonali applikabbli, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità monetarja kontabilistika ta’ dawk it-titoli jew l-ishma;
(c)
operazzjoni li tikkonsisti f’taħlita ta’ operazzjonijiet deskritti taħt il-punti (a) u (b);
(d)
operazzjoni li biha kumpanija li tkun qed tiġi diviża tittrasferixxi parti mill-assi u mill-obbligazzjonijiet tagħha lil kumpanija riċevitriċi waħda jew aktar bi skambju għall-ħruġ lill-membri tal-kumpanija li tkun qed tiġi diviża tat-titoli jew l-ishma fil-kumpaniji riċevituri, fil-kumpanija li tkun qed tiġi diviża jew kemm fil-kumpaniji riċevituri kif ukoll fil-kumpanija li qed tiġi diviża, u, fejn applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi nazzjonali applikabbli, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità monetarja kontabilistika ta’ dawk it-titoli jew l-ishma;
(e)
operazzjoni li biha kumpanija li tkun qed tiġi diviża tittrasferixxi parti mill-assi u mill-obbligazzjonijiet tagħha lil kumpanija riċevitriċi waħda jew aktar bi skambju għall-ħruġ lill-kumpanija li tkun qed tiġi diviża ta’ titoli jew ta’ ishma fil-kumpaniji riċevituri.
|
|
Artikolu 27i Notifika u valutazzjoni tal-fużjoni jew tad-diviżjoni
|
|
|
Artikolu 27j Kriterji ta’ valutazzjoni
|
|
|
Artikolu 27k Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
|
|
|
Artikolu 27l Obbligi ta’ informazzjoni u penali
|
Artikolu 27l
Obbligi ta’ informazzjoni u penali
Fejn il-partijiet ikkonċernati finanzjarji jonqsu milli jinnotifikaw minn qabel l-operazzjoni proposta f’konformità mal-Artikolu 27i(1) jew ikunu wettqu l-operazzjoni proposta kif imsemmi f’dak l-Artikolu mingħajr opinjoni pożittiva minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri xierqa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|