|
+Artikolu 67 1. |
Artikolu 67 1.Dan l-Artikolu għandu japplika tal-inqas fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni tkun kisbet awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;
(b)
l-istituzzjoni, li meta ssir konxja ta' kwalunkwe akkwist jew ċessjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-kapital tagħhom li huma l-kawża ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji li jeċċedu jew jaqgħu taħt wieħed mil-livelli limitu msemmija fl-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 25, ma tkunx infurmat lill-awtoritajiet kompetenti b’dawk l-akkwisti jew iċ-ċessjonijiet bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1);
(c)
l-istituzzjoni elenkata f'suq regolat kif imsemmi fil-lista li għandha tiġi ppubblikata mill-AETS f'konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE ma tkunx informat, mill-inqas darba fis-sena, lill-awtoritajiet kompetenti bl-ismijiet tal-azzjonisti u l-membri li jipposjedu parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti u d-daqs ta’ tali parteċipazzjonijiet bi ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) ta' din id-Direttiva;
(d)
istituzzjoni tonqos milli jkollha fis-seħħ arranġamenti ta’ governanza u politiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall-ġeneru li jkunu meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 74; ▼M11 —————
(g)
istituzzjoni ma tkunx irrappurtat informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta dwar skopertura kbira lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-Artikolu 394(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(h)
l-istituzzjoni ma tkunx irrappurtat informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta dwar il-likwidità lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-Artikolu 415(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; ▼M11 —————
(j)
istituzzjoni tonqos milli żżomm proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett bi ksur tal-Artikolu 413 jew 428b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ripetutament u b’mod persistenti tonqos milli żżomm assi likwidi bi ksur tal-Artikolu 412 ta’ dak ir-Regolament; ▼M11 —————
(m)
istituzzjoni ma tkunx żvelat l-informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta bi ksur tal-Artikolu 431(1), (2) u (3) jew l-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(n)
istituzzjoni tagħmel pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji tal-istituzzjoni bi ksur tal-Artikolu 141 ta' din id-Direttiva ►C2 jew f'każijiet fejn l-Artikolu 28, 52 jew 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxi tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji; ◄
(o)
istituzzjoni tinsab responsabbli għal ksur serju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2005/60/KE;
(p)
istituzzjoni tippermetti lil persuna waħda jew aktar li ma jikkonformawx mal-Artikolu 91 li jsiru membri jew jibqgħu bħala membri tal-korp ta' ġestjoni;
(q)
istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tonqos milli tieħu xi azzjoni li tista' tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Sitta jew Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew imposti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) jew l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata;
(r)
istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(s)
istituzzjoni jew persuna fiżika ripetutament tonqos milli tikkonforma ma’ deċiżjoni imposta mill-awtorità kompetenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(t)
istituzzjoni tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ remunerazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 92, 94 u 95 ta’ din id-Direttiva;
(u)
istituzzjoni taġixxi mingħajr il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedu li l-istituzzjoni tikseb tali permess minn qabel jew istituzzjoni tkun kisbet tali permess permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet li skonthom ikun ingħata tali permess;
(v)
istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-kompożizzjoni, tal-kundizzjonijiet, tal-aġġustamenti u tat-tnaqqis relatati mal-fondi proprji kif stabbilit fil-Parti Tnejn tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(w)
istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-iskoperturi l-kbar tagħha għal klijent jew għal grupp ta’ klijenti konnessi stabbiliti fil-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(x)
istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-kalkolu tal-proporzjon ta’ ingranaġġ, inkluż l-applikazzjoni ta’ derogi stabbiliti fil-Parti Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(y)
istituzzjoni tonqos milli tirrapporta jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża lill-awtorità kompetenti fir-rigward tad-data msemmija fl-Artikolu 430(1) sa (3) u fl-Artikolu 430a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(z)
istituzzjoni tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżiti dwar il-ġbir ta’ data u l-governanza stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(aa)
istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju jew ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji jew tonqos milli jkollha fis-seħħ l-arranġamenti ta’ governanza stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titoli II sa VI, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(ab)
istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-kalkolu tal-proporzjon ta’ kopertura tal-likwidità jew tal-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett kif stabbilit fil-Parti Sitta, it-Titoli I u IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fir-Regolament delegat (UE) 2015/61. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|