+Artikolu 67 Dispożizzjonijiet oħrajn
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
|
Artikolu 67 Dispożizzjonijiet oħrajn
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1.
|
Dan l-Artikolu għandu japplika tal-inqas fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni tkun kisbet awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;
(b)
l-istituzzjoni, li meta ssir konxja ta' kwalunkwe akkwist jew ċessjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-kapital tagħhom li huma l-kawża ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji li jeċċedu jew jaqgħu taħt wieħed mil-livelli limitu msemmija fl-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 25, ma tkunx infurmat lill-awtoritajiet kompetenti b’dawk l-akkwisti jew iċ-ċessjonijiet bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1);
(c)
l-istituzzjoni elenkata f'suq regolat kif imsemmi fil-lista li għandha tiġi ppubblikata mill-AETS f'konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE ma tkunx informat, mill-inqas darba fis-sena, lill-awtoritajiet kompetenti bl-ismijiet tal-azzjonisti u l-membri li jipposjedu parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti u d-daqs ta’ tali parteċipazzjonijiet bi ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) ta' din id-Direttiva;
▼M11
(d)
istituzzjoni tonqos milli jkollha fis-seħħ arranġamenti ta’ governanza u politiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall-ġeneru li jkunu meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 74;
▼M11 —————
▼B
(g)
istituzzjoni ma tkunx irrappurtat informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta dwar skopertura kbira lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-Artikolu 394(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(h)
l-istituzzjoni ma tkunx irrappurtat informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta dwar il-likwidità lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-Artikolu 415(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
▼M11 —————
▼M11
(j)
istituzzjoni tonqos milli żżomm proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett bi ksur tal-Artikolu 413 jew 428b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ripetutament u b’mod persistenti tonqos milli żżomm assi likwidi bi ksur tal-Artikolu 412 ta’ dak ir-Regolament;
▼M11 —————
▼B
(m)
istituzzjoni ma tkunx żvelat l-informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta bi ksur tal-Artikolu 431(1), (2) u (3) jew l-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(n)
istituzzjoni tagħmel pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji tal-istituzzjoni bi ksur tal-Artikolu 141 ta' din id-Direttiva
►C2
jew f'każijiet fejn l-Artikolu 28, 52 jew 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxi tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji; ◄
(o)
istituzzjoni tinsab responsabbli għal ksur serju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2005/60/KE;
(p)
istituzzjoni tippermetti lil persuna waħda jew aktar li ma jikkonformawx mal-Artikolu 91 li jsiru membri jew jibqgħu bħala membri tal-korp ta' ġestjoni;
▼M5
(q)
istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tonqos milli tieħu xi azzjoni li tista' tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Sitta jew Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew imposti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) jew l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata;
▼M11
(r)
istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(s)
istituzzjoni jew persuna fiżika ripetutament tonqos milli tikkonforma ma’ deċiżjoni imposta mill-awtorità kompetenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(t)
istituzzjoni tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ remunerazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 92, 94 u 95 ta’ din id-Direttiva;
(u)
istituzzjoni taġixxi mingħajr il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedu li l-istituzzjoni tikseb tali permess minn qabel jew istituzzjoni tkun kisbet tali permess permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet li skonthom ikun ingħata tali permess;
(v)
istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-kompożizzjoni, tal-kundizzjonijiet, tal-aġġustamenti u tat-tnaqqis relatati mal-fondi proprji kif stabbilit fil-Parti Tnejn tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(w)
istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-iskoperturi l-kbar tagħha għal klijent jew għal grupp ta’ klijenti konnessi stabbiliti fil-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(x)
istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-kalkolu tal-proporzjon ta’ ingranaġġ, inkluż l-applikazzjoni ta’ derogi stabbiliti fil-Parti Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(y)
istituzzjoni tonqos milli tirrapporta jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża lill-awtorità kompetenti fir-rigward tad-data msemmija fl-Artikolu 430(1) sa (3) u fl-Artikolu 430a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(z)
istituzzjoni tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżiti dwar il-ġbir ta’ data u l-governanza stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(aa)
istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju jew ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji jew tonqos milli jkollha fis-seħħ l-arranġamenti ta’ governanza stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titoli II sa VI, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(ab)
istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-kalkolu tal-proporzjon ta’ kopertura tal-likwidità jew tal-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett kif stabbilit fil-Parti Sitta, it-Titoli I u IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fir-Regolament delegat (UE) 2015/61.
|
|
Artikolu 67 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-miżuri li jistgħu jiġu applikati jinkludu tal-anqas dawn li ġejjin:
(a)
penali amministrattivi:
(i)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-valur tal-bejgħ nett annwali totali tal-impriża;
(ii)
fil-każ ta’ persuna fiżika, penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn EUR 5 miljuni jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma hijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Lulju 2013;
(iii)
penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar mid-doppju tal-ammont tal-profitti miksubin jew tat-telf evitat minħabba l-ksur, meta dawk il-profitti miksubin jew it-telf evitat ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(b)
pagamenti perjodiċi ta’ penali:
(i)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, pagamenti perjodiċi ta’ penali ta’ mhux aktar minn 5 % tal-fatturat nett medju ta’ kuljum li, fil-każ ta’ ksur kontinwu, il-persuna ġuridika għandha tkun obbligata tħallas għal kull jum tal-ksur sakemm terġa’ tiġi stabbilita l-konformità ma’ obbligu; il-pagament perjodiku ta’ penali jista’ jiġi impost għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur mid-data stabbilita fid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirrikjedi t-terminazzjoni ta’ ksur u li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali;
(ii)
fil-każ ta’ persuna fiżika, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali sa EUR 50 000 , jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-9 ta’ Lulju 2024, li, fil-każ ta’ ksur kontinwu, il-persuna fiżika għandha tkun obbligata tħallas għal kull jum tal-ksur, sakemm terġa’ tiġi stabbilita l-konformità ma’ obbligu; il-pagament perjodiku ta’ penali jista’ jiġi impost għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur mid-data stabbilita fid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirrikjedi t-terminazzjoni ta’ ksur u li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali;
(c)
miżuri amministrattivi oħrajn:
(i)
dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna fiżika, l-istituzzjoni, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta jew l-impriża prinċipali intermedjarja tal-UE responsabbli u n-natura tal-ksur;
(ii)
ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;
(iii)
fil-każ ta’ istituzzjoni, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 18;
(iv)
soġġetta għall-Artikolu 65(2), projbizzjoni temporanja kontra membru tal-korp ta’ ġestjoni jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li titqies responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet fl-istituzzjonijiet.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont massimu ogħla għall-pagamenti perjodiċi ta’ penali li għandhom jiġu applikati għal kull jum tal-ksur. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-Istati Membri jistgħu japplikaw pagamenti perjodiċi ta’ penali fuq bażi ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar. F’dak il-każ, l-ammont massimu ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali li għandhom jiġu applikati għall-perjodu rilevanti ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar meta jseħħ ksur ma għandux jaqbeż l-ammont massimu ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali li japplikaw kuljum f’konformità ma’ dak il-punt għall-perjodu rilevanti. Il-pagamenti perjodiċi ta’ penali jistgħu jiġu imposti f’data partikolari u jibdew japplikaw f’data aktar tard.
|
|
Artikolu 67 3.
|
Il-fatturat nett annwali totali msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a)(i), ta’ dan l-Artikolu għandu jkun is-somma tal-entrati li ġejjin, iddeterminata f’konformità mal-Annessi III u IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451:
(c)
spejjeż fuq kapital azzjonarju ripagabbli fuq talba;
(e)
introjtu minn tariffi u minn kummissjonijiet;
(f)
spejjeż ta’ tariffi u kummissjonijiet;
(g)
qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmumin għan-negozjar, nett;
(h)
qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati bil-valur ġust permezz tal-qligħ jew telf, nett;
(i)
qligħ jew telf mill-kontabilità għall-iħħeġġjar, nett;
(j)
differenzi fil-kambju (qligħ jew telf), nett;
(k)
introjtu operatorju ieħor;
(l)
spejjeż operatorji oħrajn.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-bażi għall-kalkolu għandha tkun l-aktar informazzjoni finanzjarja superviżorja annwali reċenti li tipproduċi indikatur ogħla minn żero. Meta l-persuna ġuridika msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx soġġetta għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451, il-fatturat nett annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat nett annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli. Meta l-impriża kkonċernata tkun parti minn grupp, il-fatturat nett annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat nett annwali totali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali aħħarija.
|
|
Artikolu 67 4.
|
Il-fatturat nett medju ta’ kuljum imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b)(i), għandu jkun il-valur tal-bejgħ nett annwali totali msemmi fil-paragrafu 3 diviż bi 365.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|