|
+Artikolu 76 3. |
Artikolu 76 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'termini tad-daqs tagħhom, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat tar-riskji magħmul minn membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jaqdu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata. Il-membri tal-kumitat tar-riskji għandu jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-ħila esperta xierqa biex jifhmu u jikkontrollaw bis-sħiħ l-istrateġija rigward ir-riskji u l-attitudni tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji. Il-kumitat tar-riskji għandu jagħti pariri lill-korp ta' ġestjoni dwar l-attitudni u l-istrateġija ġenerali attwali u futura tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji u jassisti lill-korp ta' ġestjoni fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija mill-amministrazzjoni għolja. Il-korp ta' ġestjoni għandu jżomm ir-responsabbiltà ġenerali għar-riskji. Il-kumitat tar-riskji għandu jeżamina jekk il-prezzijiet kollha tal-passivi u l-assi offerti lill-klijenti jiħdux kont bis-sħiħ tal-mudell kummerċjali tal-istituzzjoni u l-istrateġija relatata mar-riskju. Meta l-prezzijiet ma jirriflettux b'mod adatt ir-riskji f'konformità mal-mudell kummerċjali u l-istrateġija relatata mar-riskju, il-kumitat tar-riskju għandu jippreżenta pjan ta' rimedju lill-korp ta' ġestjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni, li mhijiex meqjusa sinifikanti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, tgħaqqad il-kumitat tar-riskju mal-kumitat tal-verifika kif imsemmi fl-Artikolu 41 tad-Direttiva 2006/43/KE. Il-membri tal-kumitat ikkombinat għandu jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-ħila esperta meħtieġa għall-kumitat tar-riskju u għall-kumitat tal-verifika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|