+Artikolu 76 Trattament tar-riskji
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.
---+Artikolu 76 5.
---+Artikolu 76 6.

Artikolu 76 Trattament tar-riskji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 76 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta’ ġestjoni japprova u tal-anqas kull sentejn jirrieżamina l-istrateġiji u l-politiki għat-teħid, għall-ġestjoni, għall-monitoraġġ u għall-mitigazzjoni tar-riskji li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun skoperta għalihom, inkluż dawk miġjubin mill-ambjent makroekonomiku li fih tkun topera fir-rigward tal-istatus taċ-ċiklu tan-negozju, u dawk li jirriżultaw mill-impatti kurrenti u fuq terminu qasir, medju u fit-tul tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG).

L-Istati Membri jistgħu, filwaqt li jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità, jippermettu lill-korpi ta’ ġestjoni ta’ istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jirrieżaminaw l-istrateġiji u l-politiki msemmija fl-ewwel subparagrafu kull sentejn.

Artikolu 76 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni jiddedika ħin biżżejjed għall-konsiderazzjoni tal-kwistjonijiet ta' riskju. Il-korp ta' ġestjoni għandu jkun attivament involut fil-ġestjoni tar-riskji materjali kollha indirizzati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fil-valutazzjoni tal-assi, tal-użu ta' klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu u ta' mudelli interni relatati ma' dawk ir-riskji. L-istituzzjoni għandha tistabbilixxi linji ta' rappurtar lill-korp ta' ġestjoni li jkopru r-riskji materjali u l-politiki dwar il-ġestjoni tar-riskji kollha u l-bidliet relatati magħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta’ ġestjoni jiżviluppa pjanijiet speċifiċi u miri kwantifikabbli f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex jimmonitorja u jindirizza r-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali li joffru servizzi ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta’ ġestjoni jiżviluppa u jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet speċifiċi li jinkludu miri kwantifikabbli u proċessi għall-monitoraġġ u għall-indirizzar tar-riskji finanzjarji li jinħolqu fit-terminu qasir, medju u fit-tul minn fatturi tal-ESG, inkluż dawk li jirriżultaw mill-proċess ta’ aġġustament u minn xejriet ta’ tranżizzjoni fil-kuntest tal-objettivi regolatorji u atti legali rilevanti tal-Istat Membru u tal-Unjoni fir-rigward tal-fatturi tal-ESG, b’mod partikolari l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, l-objettivi legali u regolatorji ta’ pajjiżi terzi.

Il-miri u l-proċessi kwantifikabbli biex jiġu indirizzati r-riskji tal-ESG inkluż fil-pjanijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jikkunsidraw l-aħħar rapporti u miżuri preskritti mill-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, b’mod partikolari fir-rigward tal-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni. Meta l-istituzzjoni tiżvela informazzjoni dwar kwistjonijiet tal-ESG f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 29 ), il-pjanijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu konsistenti mal-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 19a jew 29a ta’ dik id-Direttiva u għandhom, b’mod partikolari, jinkludu azzjonijiet fir-rigward tal-mudell tan-negozju u l-istrateġija tal-istituzzjoni li jkunu konsistenti fiż-żewġ pjanijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw applikazzjoni proporzjonata tat-tieni u t-tielet subparagrafi għall-korpi ta’ ġestjoni ta’ istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, filwaqt li jindikaw f’liema oqsma tista’ tiġi applikata rinunzja jew proċedura simplifikata.

Artikolu 76 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'termini tad-daqs tagħhom, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat tar-riskji magħmul minn membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jaqdu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata. Il-membri tal-kumitat tar-riskji għandu jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-ħila esperta xierqa biex jifhmu u jikkontrollaw bis-sħiħ l-istrateġija rigward ir-riskji u l-attitudni tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji.

Il-kumitat tar-riskji għandu jagħti pariri lill-korp ta' ġestjoni dwar l-attitudni u l-istrateġija ġenerali attwali u futura tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji u jassisti lill-korp ta' ġestjoni fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija mill-amministrazzjoni għolja. Il-korp ta' ġestjoni għandu jżomm ir-responsabbiltà ġenerali għar-riskji.

Il-kumitat tar-riskji għandu jeżamina jekk il-prezzijiet kollha tal-passivi u l-assi offerti lill-klijenti jiħdux kont bis-sħiħ tal-mudell kummerċjali tal-istituzzjoni u l-istrateġija relatata mar-riskju. Meta l-prezzijiet ma jirriflettux b'mod adatt ir-riskji f'konformità mal-mudell kummerċjali u l-istrateġija relatata mar-riskju, il-kumitat tar-riskju għandu jippreżenta pjan ta' rimedju lill-korp ta' ġestjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni, li mhijiex meqjusa sinifikanti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, tgħaqqad il-kumitat tar-riskju mal-kumitat tal-verifika kif imsemmi fl-Artikolu 41 tad-Direttiva 2006/43/KE. Il-membri tal-kumitat ikkombinat għandu jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-ħila esperta meħtieġa għall-kumitat tar-riskju u għall-kumitat tal-verifika.

Artikolu 76 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu u, fejn jkun ġie stabbilit kumitat tar-riskji jkun ġie stabbilit, il-kumitat tar-riskji jkollhom aċċess adatt għall-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji u, jekk meħtieġ u adatt, għall-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji u għal pariri minn esperti esterni.

Il-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu u, fejn ikun ġie stabbilit wieħed, il-kumitat tar-riskju għandu jiddetermina n-natura, l-ammont, il-format, u l-frekwenza tal-informazzjoni dwar ir-riskju li huma jkollhom jirċievu. Bil-għan li jassisti fl-istabbiliment ta’ politiki u prattiki sodi ta’ rimunerazzjoni, il-kumitat tar-riskju għandu, mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-kumitat ta’ rimunerazzjoni, jeżamina jekk l-inċentivi pprovduti mis-sistema ta’ rimunerazzjoni jikkunsidrawx ir-riskji, inkluż dawk li jirriżultaw mill-impatti tal-fatturi tal-ESG, il-kapital, il-likwidità u l-probabbiltà u ż-żmien meta jsir il-qligħ.

Artikolu 76 5.
L-Istati Membri għandhom, f’konformità mar-rekwiżit ta’ proporzjonalità stipulat fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE ( 30 ), jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom funzjonijiet ta’ kontroll intern indipendenti mill-funzjonijiet operazzjonali u li jkollhom awtorità, statura, riżorsi u aċċess suffiċjenti għall-korp ta’ ġestjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

il-funzjonijiet ta’ kontroll intern jiżguraw li r-riskji materjali kollha jiġu identifikati, jitkejlu, u rrupportati kif xieraq;

(b) 

il-funzjonijiet ta’ kontroll intern jipprovdu stampa komprensiva tal-firxa sħiħa ta’ riskji li l-istituzzjoni tkun esposta għalihom;

(c) 

il-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji tkun involuta attivament fl-elaborazzjoni tal-istrateġija tal-istituzzjoni fir-rigward tar-riskji u fid-deċiżjonijiet materjali kollha tar-riskji tagħha u jkollha kontroll fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija tar-riskji;

(d) 

il-funzjoni tal-awditjar intern twettaq rieżami indipendenti tal-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija tar-riskju tal-istituzzjoni;

(e) 

il-funzjoni tal-konformità tivvaluta u timmitiga r-riskju ta’ konformità u tiżgura li l-istrateġija tar-riskju tal-istituzzjoni tqis ir-riskju ta’ konformità u li r-riskju ta’ konformità jitqies b’mod adegwat fid-deċiżjonijiet materjali kollha tal-ġestjoni tar-riskji.

Artikolu 76 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet ta’ kontroll intern ikollhom aċċess dirett għall-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu u jkunu jistgħu jirrappurtaw direttament lilu.

Għal dak il-għan, il-funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom ikunu indipendenti mill-membri tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu u ta’ maniġment superjuri, u b’mod partikolari għandhom ikunu jistgħu juru tħassib u jwissu lill-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu, fejn xieraq jew meta żviluppi speċifiċi tar-riskju jaffettwaw jew ikunu jistgħu jaffettwaw lill-istituzzjoni, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-korp ta’ ġestjoni skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom ikunu maniġers superjuri indipendenti b’responsabbiltà distinta għall-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskji, tal-konformità u tal-awditjar intern. Meta n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni ma jiġġustifikawx il-ħatra ta’ persuna speċifika għall-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji jew il-funzjoni tal-konformità, persuna superjuri oħra li twettaq kompiti oħra fl-istituzzjoni tista’ tissodisfa r-responsabbiltajiet għall-funzjonijiet tal-konformità u tal-ġestjoni tar-riskji, dment li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess u li l-persuna responsabbli għall-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji u l-funzjoni tal-konformità:

(a) 

tissodisfa il-kriterji ta’ adattabilità u r-rekwiżiti ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza neċessarji għall-oqsma differenti kkonċernati; u

(b) 

jkollha żmiensuffiċjenti biex twettaq iż-żewġ funzjonijiet ta’ kontroll b’mod korrett.

Il-funzjoni tal-awditjar intern ma għandhiex tiġi kkombinata ma’ xi linja operatorja jew funzjoni ta’ kontroll oħra tal-istituzzjoni.

Il-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern ma għandhomx jitneħħew mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.