+Artikolu 77 Approċċi Interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji
---+Artikolu 77 1.
---+Artikolu 77 2.
---+Artikolu 77 3.
---+Artikolu 77 4.
|
Artikolu 77 Approċċi Interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 77 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'termini ta' daqs, organizzazzjoni interna u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitjiet tagħhom biex jiżviluppaw kapaċità interna ta' valutazzjoni tar-riskji tal-kreditu u jżidu l-użu tal-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjonijiet interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tal-kreditu meta l-iskoperturi tagħhom ikunu materjali f’termini assoluti u meta, fl-istess ħin, huma jkollhom numru kbir ta’ kontropartijiet materjali. Dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-konformità mal-kriterji stipulati fil-Parti Tlieta, Titolu I, Kapitolu 3, Taqsima 1 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 77 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, jissorveljaw li dawn ma jiddipendux unikament jew b'mod mekkaniku fuq il-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-entità jew l-istrument finanzjarju.
|
|
Artikolu 77 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet, b’kont meħud tad-daqs tagħhom, tal-organizzazzjoni interna u n-natura, tal-iskala u tal-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, biex jiżviluppaw kapaċità interna ta’ valutazzjoni tar-riskji tas-suq u jżidu l-użu tal-mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-portafolli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar, flimkien mal-mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza fejn l-iskoperturi tagħhom għar-riskju ta’ inadempjenza jkunu materjali f’termini assoluti u fejn ikollhom numru kbir ta’ pożizzjonijiet materjali fi strumenti ta’ dejn negozjat jew strumenti ta’ ekwità ta’ emittenti differenti. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1b, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 77 4.
|
►M11
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddefinixxi l-kunċett ta’ “skoperturi għar-riskju ta’ inadempjenza li jkunu materjali f’termini assoluti” imsemmi fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, u l-livelli limitu għal numri kbar ta’ kontropartijiet u pożizzjonijiet materjali fi strumenti ta’ dejn negozjat jew strumenti ta’ ekwità ta’ emittenti differenti. ◄
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014. Il-Kummissjoni tiġi mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|