+Artikolu 88 Arranġamenti ta’ governanza
---+Artikolu 88 1.
---+Artikolu 88 2.
---+Artikolu 88 3.

Artikolu 88 Arranġamenti ta’ governanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 88 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni jiddefinixxi, jissorvelja u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza li jiżguraw ġestjoni effikaċi u prudenti ta’ istituzzjoni, inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-organizzazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess.

Dawk l-arranġamenti għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(a) 

il-korp ta' ġestjoni jrid ikollu r-responsabilità kumplessiva għall-istituzzjoni u japprova u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-objettivi strateġiċi, l-istrateġija tar-riskju u l-governanza interna tal-istituzzjoni;

(b) 

il-korp ta' ġestjoni jrid jiżgura l-integrità tas-sistemi tal-kontabbiltà u tar-rappurtar finanzjarju, inklużi kontrolli finanzjarji u operazzjonali u konformità mal-liġi u l-istandards rilevanti;

(c) 

il-korp ta' ġestjoni jrid jissorvelja l-proċess tal-iżvelar u l-komunikazzjoni;

(d) 

il-korp ta' ġestjoni jrid ikun responsabbli li jipprovdi sorveljanza effikaċi tal-amministrazzjoni għolja;

(e) 

il-President tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu ta’ istituzzjoni ma għandux jeżerċita fl-istess ħin il-funzjonijiet ta’ uffiċjal kap eżekuttiv fl-istess istituzzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni jissorvelja u jivvaluta perjodikament l-effikaċja tal-arranġamenti ta' governanza tal-istituzzjoni u jieħu passi adatti biex jindirizza kwalunkwe nuqqas.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data fuq is-self lil membri tal-korp ta' ġestjoni u l-partijiet relatati tagħhom tkun iddokumentata kif meħtieġ u tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, it-terminu “parti relatata” ifisser:

(a) 

konjugi, sieħeb reġistrat f'konformità mal-liġi nazzjonali, tifel jew tifla jew ġenitur ta' membru tal-korp ta' ġestjoni;

(b) 

entità kummerċjali, li fiha membru tal-korp ta' ġestjoni jew membru qrib tal-familja tiegħu jew tagħha kif imsemmi fil-punt (a) ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti ta' 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot f'dik l-entità, jew li fiha dawk il-persuni jistgħu jeżerċitaw influwenza sinifikanti, jew li fiha dawk il-persuni jokkupaw pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri jew ikunu membri tal-korp ta' ġestjoni.

Artikolu 88 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'termini tad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat ta' nominazzjoni magħmul minn membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata.

Il-kumitat tan-nominazzjoni għandu:

(a) 

jidentifika u jirrakkomanda, għall-approvazzjoni tal-korp ta' ġestjoni jew għall-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali, kandidati sabiex jimtlew il-postijiet battala fil-korp ta' ġestjoni, jevalwa l-bilanċ tal-għarfien, il-ħiliet, id-diversità u l-esperjenza tal-korp ta' ġestjoni u jħejji deskrizzjoni tar-rwoli u l-kapaċitajiet għal ħatra partikolari, u jivvaluta l-impenn ta' ħin mistenni.

Barra minn hekk, il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jiddeċiedi dwar mira għar-rappreżentazzjoni tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp ta' ġestjoni u jħejji politika dwar kif jiżdied l-għadd tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp ta' ġestjoni sabiex tintlaħaq dik il-mira. Il-mira, il-politika u l-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu ppubblikati f'konformità mal-Artikolu 435(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

huwa għandu jivvaluta perjodikament, u tal-inqas kull sena, l-istruttura, id-daqs, il-kompożizzjoni u l-prestazzjoni tal-korp ta' ġestjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp ta' ġestjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe bidla;

(c) 

huwa għandu jevalwa perjodikament, u tal-inqas darba f'sena, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza tal-membri individwali tal-korp ta' ġestjoni u tal-korp ta' ġestjoni kollettivament, u jirrapporta dan kollu lill-korp ta' ġestjoni;

(d) 

jirrieżamina perjodikament il-politika tal-korp ta' ġestjoni għall-għażla u n-nomina tal-amministrazzjoni għolja u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp ta' ġestjoni.

Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, il-kumitat ta' nominazzjoni għandu, sa fejn ikun possibbli u fuq bażi kontinwa, jieħu kont tal-ħtieġa li jiġi żgurat li t-teħid ta' deċiżjonijiet mill-korp ta' ġestjoni ma jkun iddominat mill-ebda individwu jew grupp żgħir ta' individwi b'mod li jkun ta' ħsara għall-interessi tal-istituzzjoni inġenerali.

Il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jkun jista’ juża kwalunkwe forma ta’ riżorsi li huwa jqis adatta, inklużi l-pariri esterni, u għandu jirċievi finanzjament adatt għal dan il-għan.

Fejn, skont il-liġi nazzjonali, il-korp ta' ġestjoni ma jkollu l-ebda kompetenza fil-proċess tal-għażla u n-nomina ta' kwalunkwe membru tiegħu, dan il-paragrafu m'għandux japplika.

Artikolu 88 3.
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà kollettiva ġenerali tal-korp ta’ ġestjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ifasslu, iżommu u jaġġornaw dikjarazzjonijiet individwali li jistabbilixxu r-rwoli u d-dmirijiet tal-membri kollha tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu, tal-maniġment superjuri u tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin u mmappjar tad-dmirijiet, inkluż id-dettalji tal-linji ta’ rappurtar, tal-linji ta’ responsabbiltà, u tal-persuni li huma parti mill-arranġamenti ta’ governanza kif imsemmi fl-Artikolu 74(1) u tad-dmirijiet tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet individwali tad-dmirijiet u l-immappjar ta’ dmirijiet ikunu disponibbli f’kull ħin u jiġu kkomunikati, inkluż għall-kisba tal-awtorizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 8, fi żmien xieraq, meta jintalbu, lill-awtoritajiet kompetenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.