|
+Artikolu 88 1. |
Artikolu 88 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni jiddefinixxi, jissorvelja u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza li jiżguraw ġestjoni effikaċi u prudenti ta’ istituzzjoni, inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-organizzazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess. Dawk l-arranġamenti għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
(a)
il-korp ta' ġestjoni jrid ikollu r-responsabilità kumplessiva għall-istituzzjoni u japprova u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-objettivi strateġiċi, l-istrateġija tar-riskju u l-governanza interna tal-istituzzjoni;
(b)
il-korp ta' ġestjoni jrid jiżgura l-integrità tas-sistemi tal-kontabbiltà u tar-rappurtar finanzjarju, inklużi kontrolli finanzjarji u operazzjonali u konformità mal-liġi u l-istandards rilevanti;
(c)
il-korp ta' ġestjoni jrid jissorvelja l-proċess tal-iżvelar u l-komunikazzjoni;
(d)
il-korp ta' ġestjoni jrid ikun responsabbli li jipprovdi sorveljanza effikaċi tal-amministrazzjoni għolja;
(e)
il-President tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu ta’ istituzzjoni ma għandux jeżerċita fl-istess ħin il-funzjonijiet ta’ uffiċjal kap eżekuttiv fl-istess istituzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' ġestjoni jissorvelja u jivvaluta perjodikament l-effikaċja tal-arranġamenti ta' governanza tal-istituzzjoni u jieħu passi adatti biex jindirizza kwalunkwe nuqqas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data fuq is-self lil membri tal-korp ta' ġestjoni u l-partijiet relatati tagħhom tkun iddokumentata kif meħtieġ u tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, it-terminu “parti relatata” ifisser:
(a)
konjugi, sieħeb reġistrat f'konformità mal-liġi nazzjonali, tifel jew tifla jew ġenitur ta' membru tal-korp ta' ġestjoni;
(b)
entità kummerċjali, li fiha membru tal-korp ta' ġestjoni jew membru qrib tal-familja tiegħu jew tagħha kif imsemmi fil-punt (a) ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti ta' 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot f'dik l-entità, jew li fiha dawk il-persuni jistgħu jeżerċitaw influwenza sinifikanti, jew li fiha dawk il-persuni jokkupaw pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri jew ikunu membri tal-korp ta' ġestjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|