|
+Artikolu 88 2. |
Artikolu 88 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'termini tad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat ta' nominazzjoni magħmul minn membri tal-korp ta' ġestjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata. Il-kumitat tan-nominazzjoni għandu:
(a)
jidentifika u jirrakkomanda, għall-approvazzjoni tal-korp ta' ġestjoni jew għall-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali, kandidati sabiex jimtlew il-postijiet battala fil-korp ta' ġestjoni, jevalwa l-bilanċ tal-għarfien, il-ħiliet, id-diversità u l-esperjenza tal-korp ta' ġestjoni u jħejji deskrizzjoni tar-rwoli u l-kapaċitajiet għal ħatra partikolari, u jivvaluta l-impenn ta' ħin mistenni. Barra minn hekk, il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jiddeċiedi dwar mira għar-rappreżentazzjoni tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp ta' ġestjoni u jħejji politika dwar kif jiżdied l-għadd tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp ta' ġestjoni sabiex tintlaħaq dik il-mira. Il-mira, il-politika u l-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu ppubblikati f'konformità mal-Artikolu 435(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
huwa għandu jivvaluta perjodikament, u tal-inqas kull sena, l-istruttura, id-daqs, il-kompożizzjoni u l-prestazzjoni tal-korp ta' ġestjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp ta' ġestjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe bidla;
(c)
huwa għandu jevalwa perjodikament, u tal-inqas darba f'sena, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza tal-membri individwali tal-korp ta' ġestjoni u tal-korp ta' ġestjoni kollettivament, u jirrapporta dan kollu lill-korp ta' ġestjoni;
(d)
jirrieżamina perjodikament il-politika tal-korp ta' ġestjoni għall-għażla u n-nomina tal-amministrazzjoni għolja u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp ta' ġestjoni. Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, il-kumitat ta' nominazzjoni għandu, sa fejn ikun possibbli u fuq bażi kontinwa, jieħu kont tal-ħtieġa li jiġi żgurat li t-teħid ta' deċiżjonijiet mill-korp ta' ġestjoni ma jkun iddominat mill-ebda individwu jew grupp żgħir ta' individwi b'mod li jkun ta' ħsara għall-interessi tal-istituzzjoni inġenerali. Il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jkun jista’ juża kwalunkwe forma ta’ riżorsi li huwa jqis adatta, inklużi l-pariri esterni, u għandu jirċievi finanzjament adatt għal dan il-għan. Fejn, skont il-liġi nazzjonali, il-korp ta' ġestjoni ma jkollu l-ebda kompetenza fil-proċess tal-għażla u n-nomina ta' kwalunkwe membru tiegħu, dan il-paragrafu m'għandux japplika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|