L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 biex jikkonsultaw, fil-kuntest tal-verifiki tagħhom, u fuq bażi sensittiva għar-riskju, l-informazzjoni rilevanti dwar il-membri tal-korp ta’ ġestjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu wkoll aċċess għall-bażi tad-data ċentrali tal-AML/CFT imsemmija fir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
32
). L-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilita b’dak ir-Regolament (l-“Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu”), għandha tiddeċiedi jekk tagħtix tali aċċess.