+Artikolu 91 Korp ta’ ġestjoni u valutazzjoni tal-idoneità
---+Artikolu 91 1.
---+Artikolu 91 1a.
---+Artikolu 91 1b.
---+Artikolu 91 1c.
---+Artikolu 91 1d.
---+Artikolu 91 1e.
---+Artikolu 91 1f.
---+Artikolu 91 1g.
---+Artikolu 91 1h.
---+Artikolu 91 1i.
---+Artikolu 91 1j.
---+Artikolu 91 2.
---+Artikolu 91 2a.
---+Artikolu 91 2b.
---+Artikolu 91 3.
---+Artikolu 91 4.
---+Artikolu 91 5.
---+Artikolu 91 6.
---+Artikolu 91 7.
---+Artikolu 91 8.
---+Artikolu 91 9.
---+Artikolu 91 10.
---+Artikolu 91 11.
---+Artikolu 91 12.
---+Artikolu 91 13.
---+Artikolu 91 14.

Artikolu 91 Korp ta’ ġestjoni u valutazzjoni tal-idoneità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 91 1.
L-istituzzjonijiet, u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta li jkunu ngħataw approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21a(1) (“l-entitajiet”), għandu jkollhom ir-responsabbiltà primarja li jiżguraw li l-membri tal-korp ta’ ġestjoni jkunu f’kull ħin ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, jaġixxu b’onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb u jkollhom biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza biex iwettqu dmirijiethom u jissodisfaw il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, ħlief fir-rigward ta’ amministraturi temporanji maħtura minn awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u maniġers speċjali maħtura mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 35(1) ta’ dik id-Direttiva. In-nuqqas ta’ kundanna kriminali jew ta’ prosekuzzjonijiet li jkunu għaddejjin għal reat kriminali ma għandux fih innifsu jkun biżżejjed biex jissodisfa r-rekwiżit li wieħed ikun ta’ reputazzjoni tajba u jaġixxi b’onestà u integrità.
Artikolu 91 1a.
L-entitajiet għandhom jiżguraw li l-membri tal-korp ta’ ġestjoni jissodisfaw f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 6 u għandhom jivvalutaw l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni filwaqt li jqisu l-aspettattivi superviżorji, qabel ma jieħdu l-pożizzjoni tagħhom u perjodikament, kif stipulat fil-liġijiet u r-regolamenti, il-linji gwida u l-politiki interni dwar l-idoneità applikabbli.

Madankollu, fejn il-maġġoranza tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni għandha tiġi sostitwita fl-istess ħin minn membri maħtura ġodda u l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu twassal għal sitwazzjoni fejn il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri li jmiss titwettaq mill-membri li jkunu temmew il-mandat tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-valutazzjoni ssir wara li l-membri maħtura ġodda jkunu ħadu l-pożizzjoni tagħhom. Meta tippreżenta l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti, f’konformità mal-paragrafu 1f, l-entità għandha tikkonferma wkoll l-eżistenza ta’ dawk il-kundizzjonijiet.

Artikolu 91 1b.

Meta l-entitajiet jikkonkludu, abbażi tal-valutazzjoni interna tal-idoneitàmsemmija fil-paragrafu 1a, li l-membru jew il-membru prospettiv ikkonċernat ma jissodisfax il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, l-entitajiet għandhom:

(a) 

jiżguraw li l-membru prospettiv ikkonċernat ma jiħux il-pożizzjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata meta titlesta dik il-valutazzjoni qabel ma l-membru prospettiv jieħu dik il-pożizzjoni;

(b) 

ineħħu tali membru mill-korp ta’ ġestjoni, fil-ħin; jew

(c) 

jieħdu l-miżuri addizzjonali, fil-ħin, meħtieġa biex jiżguraw li tali membru huwa jew isir idoneju għall-pożizzjoni kkonċernata.

Artikolu 91 1c.
L-entitajiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni tibqa’ aġġornata. L-entitajiet għandhom, fuq talba, jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti permezz ta’ mezzi determinati mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 91 1d.

L-Istati Membri għandhom tal-anqas jiżguraw li għall-entitajiet li ġejjin, l-awtorità kompetenti tirċievi applikazzjoni tal-idoneità mingħajr dewmien żejjed, u hekk kif ikun hemm intenzjoni ċara li jinħatar membru tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni eżekuttiva tiegħu jew il-president tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu, u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 30 jum ta’ xogħol qabel ma l-membri prospettivi jieħdu l-pożizzjoni tagħhom:

(a) 

istituzzjonijiet prinċipali tal-UE li jikkwalifikaw bħala istituzzjonijiet kbar;

(b) 

istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru li jikkwalifikaw bħala istituzzjonijiet kbar, ħlief meta jkunu affiljati ma’ korp ċentrali;

(c) 

korpi ċentrali li jikkwalifikaw bħala istituzzjonijiet kbar jew li jissorveljaw istituzzjonijiet kbar affiljati magħhom;

(d) 

istituzzjonijiet awtonomi fl-Unjoni li jikkwalifikaw bħala istituzzjonijiet kbar;

(e) 

sussidjarji kbar, kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1), il-punt (147), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f) 

kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali fi Stat Membru, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE, li jkollhom istituzzjonijiet kbar fil-grupp tagħhom, ħlief dawk li jaqgħu taħt l-Artikolu 21a(4) ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 91 1e.

L-applikazzjoni tal-idoneità msemmija fil-paragrafu 1d għandha tkun akkumpanjata minn:

(a) 

kwestjonarju dwar l-idoneità u curriculum vitae;

(b) 

il-valutazzjoni interna tal-idoneità msemmija fil-paragrafu 1a, sakemm ma japplikax it-tieni subparagrafu ta’ dak il-paragrafu;

(c) 

rekords kriminali, hekk kif isiru disponibbli;

(d) 

kwalunkwe dokument ieħor meħtieġ skont il-liġi nazzjonali, malli jsir disponibbli;

(e) 

kwalunkwe dokument ieħor elenkat mill-awtorità kompetenti, hekk kif isir disponibbli; u

(f) 

indikazzjoni tad-data tal-ħatra u d-data li fiha d-dmirijiet ser jittieħdu b’mod effettiv.

L-entitajiet għandhom jipprovdu l-applikazzjoni tal-idoneità u d-dokumenti ta’ akkumpanjament lill-awtorità kompetenti permezz ta’ mezzi determinati mill-awtorità kompetenti.

Meta awtorità kompetenti ma jkollhiex biżżejjed informazzjoni biex twettaq il-valutazzjoni tal-idoneità abbażi tal-punti elenkati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, hija tista’ tirrikjedi li l-membru prospettiv ma jiħux il-pożizzjoni qabel ma tkun ġiet ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li mhuwiex possibbli li tiġi pprovduta tali informazzjoni.

Meta l-awtorità kompetenti jkollha tħassib dwar jekk il-membru prospettiv jissodisfax il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tidħol fi djalogu msaħħaħ mal-istituzzjoni biex tindirizza t-tħassib identifikat bil-ħsieb li tiżgura li l-membru prospettiv huwa jew isir idoneju meta jieħu l-pożizzjoni.

L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika kif għandu jitwettaq id-djalogu msaħħaħ biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar l-idoneità.

Artikolu 91 1f.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw jekk il-membri tal-korp ta’ ġestjoni jissodisfawx f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 6. L-entitajiet għandhom jipprovdu l-applikazzjoni tal-idoneità u informazzjoni oħra meħtieġa għall-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti permezz ta’ mezzi determinati mill-awtorità kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali, inkluż intervisti jew seduti ta’ smigħ.

Artikolu 91 1g.
B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu jkunux għadhom issodisfati meta jkun hemm motivazzjonijiet raġonevoli sabiex jissuspettaw li qed jitwettaq jew twettaq jew sar tentattiv li jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew li hemm riskju akbar ta’ dan, b’rabta mal-entità.
Artikolu 91 1h.

Meta l-membri tal-korp ta’ ġestjoni ma jissodisfawx f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 6, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa biex:

(a) 

fil-każ ta’ valutazzjoni ex ante, iżommu lil tali membri milli jkunu parti mill-korp ta’ ġestjoni jew ineħħuhom minnu;

(b) 

fil-każ ta’ valutazzjoni ex post, ineħħu tali membri mill-korp ta’ ġestjoni; jew

(c) 

jirrikjedu li l-entitajiet ikkonċernati jieħdu miżuri addizzjonali meħtieġa biex jiżguraw li tali membri huma jew isiru idonei għall-pożizzjoni ikkonċernati.

Hekk kif isir magħruf kwalunkwe fatt ġdid jew ċirkostanza oħra li tista’ taffettwa l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni, l-entitajiet għandhom jivvalutaw mill-ġdid l-idoneità ta’ dawk il-membri u għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti dwar dan.

Meta l-awtorità kompetenti ssir konxja li l-informazzjoni rilevanti dwar l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni tkun inbidlet u tali bidla tista’ taffettwa l-idoneità tal-membri kkonċernati, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta mill-ġdid l-idoneità tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx ikunu meħtieġa jirrivalutaw l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni meta jiġġedded il-mandat tagħhom sakemm ma tkunx inbidlet l-informazzjoni rilevanti li tkun magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti u tali bidla tkun tista’ taffettwa l-idoneità tal-membru kkonċernat.

Artikolu 91 1i.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 biex jikkonsultaw, fil-kuntest tal-verifiki tagħhom, u fuq bażi sensittiva għar-riskju, l-informazzjoni rilevanti dwar il-membri tal-korp ta’ ġestjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu wkoll aċċess għall-bażi tad-data ċentrali tal-AML/CFT imsemmija fir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 32 ). L-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilita b’dak ir-Regolament (l-“Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu”), għandha tiddeċiedi jekk tagħtix tali aċċess.
Artikolu 91 1j.
Tal-anqas fir-rigward tal-ħatra tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni għal pożizzjoni fl-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1d, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kif xieraq l-istabbiliment ta’ perjodu massimu għall-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-idoneità. Dak il-perjodu massimu jista’ jiġi estiż, fejn xieraq.
Artikolu 91 2.
Kull membru tal-korp ta’ ġestjoni għandu jiddedika ħin biżżejjed għat-twettiq tal-funzjonijiet ta’ dak il-membru fl-entitajiet.
Artikolu 91 2a.
Kull membru tal-korp ta’ ġestjoni għandu jkun ta’ reputazzjoni tajba, jaġixxi b’onestà, b’integrità u b’indipendenza tal-ħsieb sabiex jivvaluta u jikkontesta b’mod effettiv id-deċiżjonijiet tal-korp ta’ ġestjoni fejn neċessarju u sabiex jissorvelja u jwettaq monitoraġġ b’mod effettiv fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ ġestjoni. Li wieħed ikun membru tal-korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu affiljata b’mod permanenti ma’ korp ċentrali fih innifsu ma għandux jikkostitwixxi ostaklu sabiex wieħed jaġixxi b’indipendenza tal-ħsieb.
Artikolu 91 2b.
Il-korp ta’ ġestjoni għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista’ jifhem l-attivitajiet tal-entità, kif ukoll ir-riskji assoċjati li tkun esposta għalihom, u l-impatti li toħloq fuq terminu qasir, medju u twil, filwaqt li jitqiesu l-fatturi tal-ESG. Il-kompożizzjoni ġenerali tal-korp ta’ ġestjoni għandha tkun suffiċjentement diversifikata biex tirrifletti medda adegwatament wiesgħa ta’ esperjenza.
Artikolu 91 3.

In-numru ta’ karigi ta’ direttur li jista’ jkollu membru tal-korp ta’ ġestjoni fl-istess waqt għandu jqis iċ-ċirkostanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-entità. Ħlief meta l-membri tal-korp ta’ ġestjoni jirrappreżentaw l-interessi ta’ Stat Membru, il-membri tal-korp ta’ ġestjoni ta’ entità li tkun sinifikanti f’termini tad-daqs tagħha, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħha, tal-ambitu u tal-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, għandhom, mill-1 ta’ Lulju 2014, ikollhom biss waħda, u mhux aktar, mill-kombinazzjonijiet li ġejjin ta’ karigi ta’ direttur fl-istess ħin:

(a) 

kariga waħda ta’ direttur eżekuttiv b’żewġ karigi ta’ direttur mhux eżekuttiv;

(b) 

erba’ karigi ta’ direttur mhux eżekuttiv.

Artikolu 91 4.

Għall-finijiet tal-paragrafu 3, dawn li ġejjin jgħoddu bħala kariga waħda ta’ direttur:

(a) 

karigi ta’ direttur eżekuttiv jew mhux eżekuttiv miżmumin fl-istess grupp;

(b) 

karigi ta’ direttur eżekuttiv jew mhux eżekuttiv miżmumin f’waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

entitajiet li huma membri tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew entitajiet fejn l-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti;

(ii) 

impriżi, inklużi entitajiet mhux finanzjarji, li fihom l-entità jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, grupp għandu jfisser grupp ta’ impriżi li huma relatati ma’ xulxin kif deskritt fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE jew grupp ta’ impriżi li huma sussidjarji tal-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja jew fl-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta.

Artikolu 91 5.
Il-karigi ta’ direttur f’organizzazzjonijiet li ma jsegwux b’mod predominanti objettivi kummerċjali ma għandhomx jgħoddu għall-finijiet tal-paragrafu 3.
Artikolu 91 6.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw membri tal-korp ta’ ġestjoni biex ikollhom kariga addizzjonali ta’ direttur mhux eżekuttiv.
Artikolu 91 7.
L-entitajiet għandhom jiddedikaw riżorsi umani u finanzjarji adegwati għall-induzzjoni u t-taħriġ tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni, inkluż dwar ir-riskji u l-impatti ESG u dwar ir-riskju tal-ICT kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (52c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 91 8.
L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-entitajiet u l-kumitati tan-nominazzjoni rispettivi tagħhom, fejn stabbiliti, jinvolvu sett wiesa’ ta’ kwalitajiet u kompetenzi meta jirreklutaw membri u jippromwovu b’mod proporzjonali d-diversità u l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-korp ta’ ġestjoni. Għal dak l-għan, l-entitajiet għandhom jistabbilixxu politika li tippromwovi d-diversità fil-korp ta’ ġestjoni.
Artikolu 91 9.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni żvelata f’konformità mal-Artikolu 435(2), il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandhom jagħmlu użu minn dik l-informazzjoni biex jivvalutaw b’mod komparattiv il-prattiki ta’ diversità. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE. L-ABE għandha tuża dik l-informazzjoni għall-valutazzjoni komparattiva tal-prattiki ta’ diversità fil-livell tal-Unjoni.
Artikolu 91 10.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 91a, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għall-entitajiet elenkati fil-paragrafu 1d ta’ dan l-Artikolu biex tispeċifika aktar il-kontenut minimu tal-kwestjonarju dwar l-idoneità, il-curricula vitae u l-valutazzjoni interna tal-idoneità li għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq tal-valutazzjoni tal-idoneità msemmija fil-paragrafu 1f ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 91a(5).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu żviluppati standards xierqa għal entitajiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1d ta’ dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 91 11.

Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika aktar:

(a) 

il-kunċett ta’ impenn ta’ żmien suffiċjenti ta’ membru tal-korp ta’ ġestjoni sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, b’referenza għaċ-ċirkostanzi individwali u man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-entità;

(b) 

il-kunċetti ta’ reputazzjoni tajba, ta’ onestà, ta’ integrità u ta’ indipendenza tal-ħsieb ta’ membru tal-korp ta’ ġestjoni kif imsemmijin fil-paragrafu 2a;

(c) 

il-kunċett ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati tal-korp ta’ ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2b;

(d) 

il-kunċett ta’ riżorsi umani u finanzjarji adegwati ddedikati għall-induzzjoni u t-taħriġ tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 7;

(e) 

il-kunċett ta’ diversità li għandu jitqies fl-għażla tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni kif imsemmi fil-paragrafu 8;

(f) 

il-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk hemmx raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li qed jitwettaq jew sar tentattiv biex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew li hemm riskju akbar ta’ dan, b’rabta mal-entità.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (f), l-ABE għandha tikkoopera mill-qrib mal-ESMA u mal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu).

Artikolu 91 12.
Sal-31 ta’ Diċembru 2029, l-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1d sa 1j u dwar l-effettività tagħhom fl-iżgurar li l-qafas ta’ “kompetenza u idoneità” jkun adatt għall-iskop tiegħu, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. L-ABE għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva, jekk xieraq.
Artikolu 91 13.
Dan l-Artikolu u l-Artikolu 91a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp ta’ ġestjoni.
Artikolu 91 14.
Dan l-Artikolu u l-Artikolu 91a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-ħatra ta’ membri tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu minn korpi eletti reġjonali jew lokali jew dwar ħatriet fejn il-korp ta’ ġestjoni ma jkollu l-ebda kompetenza fil-proċess tal-għażla u l-ħatra tal-membri tiegħu. F’dawk il-każijiet, għandhom jiġu stipulati salvagwardji xierqa biex tiġi żgurata l-idoneità ta’ dawk il-membri tal-korp ta’ ġestjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.