+Artikolu 92 Politiki ta’ rimunerazzjoni
---+Artikolu 92 2.
---+Artikolu 92 3.
|
Artikolu 92 Politiki ta’ rimunerazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 92 2.
|
►M5
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki ta' rimunerazzjoni totali, inkluż is-salarji u l-benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji, għal kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin b'mod li jkun adatt għad-daqs tagħhom, għall-organizzazzjoni interna tagħhom, u għan-natura, għall-ambitu u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom: ◄
(a)
il-politika ta’ rimunerazzjoni tkun konsistenti ma’ ġestjoni ta' riskji soda u effikaċi u tippromwoviha u ma tinkoraġġixxix it-teħid ta’ riskji li jaqbeż il-livell ta’ riskju tollerat tal-istituzzjoni;
▼M5
(aa)
il-politika ta' rimunerazzjoni hija politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi;
▼B
(b)
il-politika tar-rimunerazzjoni tkun konformi mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-istituzzjoni, u tinkorpora miżuri biex ikunu evitati kunflitti ta’ interess;
(c)
il-korp ta' ġestjoni ta' istituzzjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu jadotta u perjodikament jirrieżamina l-prinċipji ġenerali tal-politika ta’ rimunerazzjoni u jkun responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħha;
(d)
l-implimentazzjoni tal-politika ta’ rimunerazzjoni tkun, tal-inqas kull sena, soġġetta għal rieżami intern ċentrali u indipendenti rigward il-konformità mal-politiki u l-proċeduri għar-rimunerazzjoni adottati mill-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu;
▼M11
(e)
persunal fil-funzjonijiet ta’ kontroll intern ikunu indipendenti mill-unitajiet tan-negozju li jissorveljaw, ikollhom l-awtorità adatta, u jkunu remunerati f’konformità mal-ilħuq tal-objettivi marbutin mal-funzjonijiet tagħhom, indipendentement mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jikkontrollaw;
(f)
ir-remunerazzjoni tal-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern tkun issorveljata direttament mill-kumitat għar-remunerazzjoni msemmi fl-Artikolu 95 jew, jekk tali kumitat ma jkunx ġie stabbilit, mill-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu;
▼B
(g)
il-politika ta' rimunerazzjoni, b'kont meħud tal-kriterji nazzjonali dwar l-iffissar tal-pagi, tagħmel distinzjoni ċara bejn kriterji għall-iffissar ta':
(i)
rimunerazzjoni bażika fissa, li għandha tirrifletti primarjament l-esperjenza professjonali rilevanti u r-responsabilità fl-organizzazzjoni kif stipulat fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg; u
(ii)
rimunerazzjoni varjabbli li għandha tirrifletti prestazzjoni sostenibbli u aġġustata għar-riskju kif ukoll prestazzjoni ikbar minn dik mitluba biex wieħed jissodisfa d-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg.
|
|
Artikolu 92 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni għandhom, tal-inqas, jinkludu:
(a)
il-membri kollha tal-korp ta' ġestjoni u tal-maniġment superjuri;
▼M11
(b)
il-membri tal-persunal b’responsabbiltà maniġerjali fuq il-funzjonijiet ta’ kontroll intern jew fuq l-unitajiet tan-negozju materjali tal-istituzzjoni;
▼M5
(c)
membri tal-persunal intitolati għal rimunerazzjoni sinifikanti fis-sena finanzjarja preċedenti, dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
ir-rimunerazzjoni tal-membru tal-persunal tkun ugwali għal jew aktar minn EUR 500 000 u ugwali għal jew aktar mir-rimunerazzjoni medja mogħtija lill-membri tal-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni u l-maniġment superjuri msemmija fil-punt (a);
(ii)
il-membru tal-persunal iwettaq l-attività professjonali fl-unità tan-negozju materjali u l-attività tkun tat-tip li għandha impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju rilevanti tal-unità tan-negozju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|