+84. Fil-valutazzjoni tal-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet …

84. Fil-valutazzjoni tal-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet …

Fil-valutazzjoni tal-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjoni mal-Artikoli 74, 92 u 94 tad-Direttiva 2013/36/UE, mar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 u mal-Linji Gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni20 . F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw inter alia jekk:

  • a. l-istituzzjoni implimentatx politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni xierqa u newtrali għall-ġeneru għall-persunal kollu, li jiġu approvati, riveduti b’mod regolari u sorveljati mill-korp maniġerjali, u jekk dawn il-politiki jikkonformawx mar-rekwiżiti legali u regolatorji applikabbli;
  • b. il-funzjonijiet ta’ kontroll intern humiex involuti fit-tfassil tal-politiki ta’ remunerazzjoni u jivverifikaw ir-reviżjoni, il-monitoraġġ u l-aġġornament xierqa tagħhom;
  • c. il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni jippromwovux ġestjoni tar-riskju soda u effettiva, inkluż billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-aptit għar-riskju tal-istituzzjoni f’termini ta’ riskji tal-ESG, u humiex konsistenti mal-istrateġiji tan-negozju u tar-riskju tal-istituzzjoni, mal-kultura tar-riskju u mal-valuri korporattivi, mal-interessi fuq terminu twil tal-istituzzjoni u mal-miżuri ta’ kunflitti ta’ interess, u li ma jipprovdux inċentivi għal teħid eċċessiv ta’ riskji;
  • d. l-istituzzjoni identifikatx b’mod korrett lill-persunal kollu tagħha li l-attivitajiet tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tagħha f’konformità mar-rekwiżiti legali u regolatorji applikabbli;
  • e. il-proporzjon tar-remunerazzjoni varjabbli u fissa huwiex xieraq, u li l-komponent tar-remunerazzjoni varjabbli ma jaqbiżx il-100% tal-komponent tar-remunerazzjoni fissa (jew 200% bl-approvazzjoni tal-azzjonisti) għall-persunal identifikat;
  • f. l-istituzzjoni għandhiex allokazzjoni xierqa tal-komponenti fissi u varjabbli, mingħajr l-użu ta’ veikoli jew prattiki biex tevita r-rekwiżiti tar-remunerazzjoni;
  • g. ir-remunerazzjoni varjabbli hijiex ibbażata fuq il-prestazzjoni (meta jitqiesu kemm il-kriterji finanzjarji kif ukoll dawk mhux finanzjarji) u jekk l-istituzzjoni tosservax ir-rekwiżiti legali u regolatorji relatati dwar il-perjodi ta’ differiment u ta’ żamma, il-ħlas fi strumenti, u l-klawżoli ta’ rkupru u malus .

20 EBA/GL/2021/04

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.