|
+Artikolu 92 2. |
Artikolu 92 2.►M5 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki ta' rimunerazzjoni totali, inkluż is-salarji u l-benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji, għal kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin b'mod li jkun adatt għad-daqs tagħhom, għall-organizzazzjoni interna tagħhom, u għan-natura, għall-ambitu u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom: ◄
(a)
il-politika ta’ rimunerazzjoni tkun konsistenti ma’ ġestjoni ta' riskji soda u effikaċi u tippromwoviha u ma tinkoraġġixxix it-teħid ta’ riskji li jaqbeż il-livell ta’ riskju tollerat tal-istituzzjoni;
(aa)
il-politika ta' rimunerazzjoni hija politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi;
(b)
il-politika tar-rimunerazzjoni tkun konformi mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-istituzzjoni, u tinkorpora miżuri biex ikunu evitati kunflitti ta’ interess;
(c)
il-korp ta' ġestjoni ta' istituzzjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu jadotta u perjodikament jirrieżamina l-prinċipji ġenerali tal-politika ta’ rimunerazzjoni u jkun responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħha;
(d)
l-implimentazzjoni tal-politika ta’ rimunerazzjoni tkun, tal-inqas kull sena, soġġetta għal rieżami intern ċentrali u indipendenti rigward il-konformità mal-politiki u l-proċeduri għar-rimunerazzjoni adottati mill-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu;
(e)
persunal fil-funzjonijiet ta’ kontroll intern ikunu indipendenti mill-unitajiet tan-negozju li jissorveljaw, ikollhom l-awtorità adatta, u jkunu remunerati f’konformità mal-ilħuq tal-objettivi marbutin mal-funzjonijiet tagħhom, indipendentement mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jikkontrollaw;
(f)
ir-remunerazzjoni tal-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern tkun issorveljata direttament mill-kumitat għar-remunerazzjoni msemmi fl-Artikolu 95 jew, jekk tali kumitat ma jkunx ġie stabbilit, mill-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu;
(g)
il-politika ta' rimunerazzjoni, b'kont meħud tal-kriterji nazzjonali dwar l-iffissar tal-pagi, tagħmel distinzjoni ċara bejn kriterji għall-iffissar ta':
(i)
rimunerazzjoni bażika fissa, li għandha tirrifletti primarjament l-esperjenza professjonali rilevanti u r-responsabilità fl-organizzazzjoni kif stipulat fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg; u
(ii)
rimunerazzjoni varjabbli li għandha tirrifletti prestazzjoni sostenibbli u aġġustata għar-riskju kif ukoll prestazzjoni ikbar minn dik mitluba biex wieħed jissodisfa d-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|