|
+Artikolu 94 4. |
Artikolu 94 4.Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 3, Stat Membru jista' jnaqqas jew iżid il-limitu massimu msemmi fih, dment li:
(a)
l-istituzzjoni li b'rabta magħha l-Istat Membru jagħmel użu minn din id-dispożizzjoni ma tkunx istituzzjoni kbira kif definita fil-punt (146) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, meta l-limitu massimu jiġi miżjud:
(i)
l-istituzzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (145)(c), (d) u (e) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
(ii)
il-limitu massimu ma jaqbiżx l-EUR 15-il biljun;
(b)
huwa adatt li jiġi modifikat il-livell massimu f'konformità ma' dan il-paragrafu filwaqt li jittieħed kont tan-natura tal-istituzzjoni, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-organizzazzjoni interna tagħha jew, jekk applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li għalih tappartjeni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|