+Artikolu 94 Elementi varjabbli tar-rimunerazzjoni
---+Artikolu 94 1.
---+Artikolu 94 2.
---+Artikolu 94 3.
---+Artikolu 94 4.
---+Artikolu 94 5.
---+Artikolu 94 6.
---+Artikolu 94 7.

Artikolu 94 Elementi varjabbli tar-rimunerazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 94 1.

Għall-elementi varjabbli tar-rimunerazzjoni, il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw flimkien ma’, u bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk stipulati fl-Artikolu 92(2):

▼M11

(a) 

meta r-rimunerazzjoni tkun relatata mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-rimunerazzjoni jkun ibbażat fuq kombinazzjoni tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu u tal-unità tan-negozju kkonċernata u tar-riżultati ġenerali tal-istituzzjoni u meta ssir il-valutazzjoni tal-prestazzjoni individwali, għandhom jitqiesu kriterji finanzjarji u mhux finanzjarji, inkluż it-trattament tar-riskji msemmija fl-Artikolu 76(2);

▼B

(b) 

il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tkun stabbilita f’qafas pluriennali sabiex ikun żgurat li l-proċess ta' evalwazzjoni jkun ibbażat fuq prestazzjoni aktar fit-tul u li l-ħlas reali tal-komponenti tar-rimunerazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni jkun mifrux fuq perijodu li jqis iċ-ċiklu ekonomiku sottostanti tal-istituzzjoni ta' kreditu u r-riskji tan-negozju tagħha;

(c) 

ir-rimunerazzjoni varjabbli totali ma tillimitax il-kapaċità tal-istituzzjoni li ssaħħaħ il-bażi kapitali tagħha;

(d) 

ir-rimunerazzjoni varjabbli ggarantita mhix konsistenti mal-ġestjoni tajba tar-riskju jew mal-prinċipju ta' ħlas għal prestazzjoni u m'għandhiex tkun parti mill-pjanijiet ta' rimunerazzjoni prospettivi;

(e) 

rimunerazzjoni varjabbli ggarantita tkun eċċezzjonali, isseħħ biss meta jiġi impjegat persunal ġdid u fejn l-istituzzjoni jkollha bażi ta' kapital tajba u b'saħħitha u tkun limitata għall-ewwel sena tal-impjieg;

(f) 

il-komponenti fissi u varjabbli tar-rimunerazzjoni totali huma bbilanċjati b'mod adatt u l-komponent fiss jirrapreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-rimunerazzjoni totali biex tkun tista’ titħaddem politika kompletament flessibbli, fuq komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni, inkluża l-possibbiltà li ma jitħallas l-ebda komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni;

(g) 

l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-proporzjonijiet xierqa bejn il-komponent fiss u l-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni totali, fejn għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(i) 

Il-komponent varjabbli m'għandux jaqbeż il-100 % tal-komponent fiss tar-rimunerazzjoni totali għal kull individwu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwali massimu aktar baxx;

(ii) 

L-Istati Membri jistgħu jħallu lill-azzjonisti jew lis-sidien jew membri tal-istituzzjoni japprovaw livell massimu ogħla tal-proporzjon bejn il-komponent fiss u dak varjabbli tar-rimunerazzjoni sakemm il-livell ġenerali tal-komponent varjabbli ma jaqbiżx il-200 % tal-komponent fiss tar-rimunerazzjoni totali għal kull individwu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwali massimu aktar baxx.

Kwalunkwe approvazzjoni ta' proporzjon ogħla skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, għandha titwettaq f'konformità mal-proċedura li ġejja:

— 
l-azzjonisti jew is-sidien jew il-membri tal-istituzzjoni għandhom jaġixxu fuq rakkomandazzjoni dettaljata mill-istituzzjoni, u jagħtu r-raġunijiet għal u l-ambitu ta' approvazzjoni mitluba, inkluż l-għadd ta' persunal affettwat, il-funzjonijiet tagħhom kif ukoll l-impatt mistenni fuq ir-rekwiżit biex tinżamm bażi ta' kapital soda;
— 
l-azzjonisti jew sidien jew membri tal-istituzzjoni għandhom jaġixxu b'maġġoranza ta' mill-inqas 66 % sakemm mill-inqas 50 % tal-ishma jew tad-drittijiet ta' sjieda ekwivalenti jkunu rappreżentati jew, jekk ma jsirx hekk, huma għandhom jaġixxu b'maġġoranza ta' 75 % tad-drittijiet tas-sjieda rappreżentati;
— 
l-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-azzjonisti jew lis-sidien jew lill-membri tal-istituzzjoni, filwaqt li tagħti perijodu ta' notifika raġonevoli minn qabel, li ser tintalab approvazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt;
— 
l-istituzzjoni, għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti dwar ir-rakkomandazzjoni lill-azzjonisti jew lis-sidien jew lill-membri tagħha, inkluż il-proporzjon massimu ogħla propost u r-raġunijiet għal dan, u għandha, tkun kapaċi turi lill-awtorità kompetenti li l-proporzjon ogħla propost jaqbel mal-obbligi tal-istituzzjoni skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara li kkunsidrat b'mod partikolari l-obbligi ta' fondi proprji tal-istituzzjoni;
— 
l-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-azzjonisti jew sidien membri tagħha, inkluż kwalunkwe proporzjon massimu ogħla skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-informazzjoni li taslilhom biex jivvalutaw b'mod komparattiv il-prattiki tal-istituzzjonijiet f'dak ir-rigward. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu dik l-informazzjoni lill-ABE, li għandha tippubblikaha fuq bażi aggregata skont l-Istat Membru domiċiljari f’format ta’ rappurtar komuni. L-ABE tista’ wkoll tfassal linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan l-inċiż u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.
— 
il-persunal li huwa kkonċernat direttament mil-livelli massimi ogħla ta' rimunerazzjoni varjabbli msemmija f'dan il-punt m'għandhiex, fejn applikabbli, tingħata permess teżerċita, direttament jew indirettament, kwalunkwe dritt tal-vot li huma jista' jkollhom bħala azzjonisti jew sidien jew membri tal-istituzzjoni.
(iii) 

L-Istati Membri jistgħu jħallu lill-istituzzjonijiet japplikaw ir-rata ta' skont imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-punt għal massimu ta' 25 % tar-rimunerazzjoni varjabbli totali sakemm titħallas fi strumenti li huma differiti għal perijodu ta' mhux inqas minn ħames snin. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwali massimu aktar baxx.

L-ABE għandha tħejji u tippubblika, sal-31 ta' Maruz 2014, linji gwida dwar ir-rata ta' skont nozzjonali applikabbli b'kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha inkluż ir-rata tal-inflazzjoni u r-riskju, li jinkludi t-tul ta' differiment. Il-linji gwida tal-ABE dwar ir-rata ta' skont għandha tqis speċifikament kif tagħti inċentiv għall-użu ta' strumenti li huma differiti għal perijodu ta' mhux inqas minn ħames snin.

(h) 

il-pagamenti relatati mat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jirriflettu l-prestazzjoni miksuba matul iż-żmien u ma jingħatawx falliment jew kondotta ħażina;

(i) 

pakketti ta' rimunerazzjoni relatati mal-kumpens jew l-akkwiżizzjoni minn kuntratti f'impjieg preċedenti għandu jallinja mal-interessi fit-tul tal-istituzzjoni inkluż retenzjoni, differiment, prestazzjoni u arranġamenti ta' restituzzjoni (claw back).

(j) 

il-kalkolu tal-prestazzjoni użat fil-kalkolu tal-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni jew aggregazzjonijiet ta’ komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni jinkludi l-aġġustament għat-tipi kollha ta’ riskji attwali u futuri u jqis l-ispejjeż tal-kapital u l-likwidità meħtieġa;

(k) 

l-allokazzjoni tal-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni fi ħdan l-istituzzjoni għandha tqis ukoll it-tipi kollha ta’ riskji attwali u futuri;

(l) 

porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 50 %, ta’ kwalunkwe rimunerazzjoni varjabbli għandha tikkonsisti f’bilanċ ta' dan li ġej:

▼M5

(i) 

ishma jew, soġġetti għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, interessi ta' sjieda ekwivalenti; jew strumenti marbuta mal-ishma jew, soġġett għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, strumenti ekwivalenti mhux fi flus;

▼B

(ii) 

fejn ikun possibbli, strumenti oħra fis-sens tal-Artikolu 52 jew 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew strumenti oħra li jistgħu jiġu konvertiti kompletament għall-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew jinkitbu, li f'kull każ jirriflettu adegwatament il-kwalità tal-kreditu tal-istituzzjoni bħala negozju avvjat u huma adatti biex jintużaw għall-finijiet ta' rimunerazzjoni varjabbli.

L-istrumenti msemmija f’dan il-punt għandhom ikunu soġġetti għal politika ta’ retenzjoni xierqa mfassla b'mod li l-inċentivi jkunu allinjati mal-interessi aktar fit-tul tal-istituzzjoni. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jpoġġu restrizzjonijiet fuq it-tipi u d-disinji ta’ dawk l-istrumenti jew jipprojbixxu ċerti strumenti, kif ikun xieraq. Dan il-punt għandu jkun applikat kemm għall-porzjon tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni differit skont il-punt (m) u l-porzjon tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni mhux differit;

▼M5

(m) 

porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ tal-anqas 40 % tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni jkun iddifferit matul perijodu ta' mhux inqas minn erba' sa ħames snin u jkun allinjat b'mod korrett man-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal ikkonċernat. Għal membri tal-korp ta' ġestjoni u l-maniġment superjuri ta' istituzzjonijiet li jkunu sinifikanti f'termini tad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, il-perijodu ta' deferenza jenħtieġ li ma jkunx inqas minn ħames snin.

Ir-rimunerazzjoni li għandha titħallas skont l-arranġamenti ta' differiment m'għandhiex tvesti aktar malajr minn waħda fuq bażi pro-rata. Fil-każ ta' komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta' ammont partikolarment għoli, tal-inqas 60 % tal-ammont għandu jiġi differit. It-tul tal-perjodu tad-differiment għandu jkun stabbilit f'konformità maċ-ċiklu ekonomiku, in-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal ikkonċernat;

▼B

(n) 

ir-rimunerazzjoni varjabbli, inkluż il-porzjon iddifferit, titħallas jew tvesti biss jekk tkun sostenibbli skont is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni fl-intier tagħha, u tkun iġġustifikata abbażi tal-prestazzjoni tal-istituzzjoni, l-unità tan-negozju u l-individwu kkonċernat.

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali tal-liġijiet nazzjonali dwar il-kuntratti u dwar l-impjiegi, ir-rimunerazzjoni varjabbli totali għandha ġeneralment tiċċekken konsiderevolment meta sseħħ prestazzjoni finanzjarja mdgħajfa jew negattiva tal-istituzzjoni, b’kont meħud kemm tar-rimunerazzjoni attwali kif ukoll tat-tnaqqis fil-pagamenti ta’ ammonti li jkunu ddaħħlu preċedentement, inklużi minħabba arranġamenti ta’ malus jew clawback.

Sa 100 % tar-rimunerazzjoni varjabbli totali għandha tkun soġġetta għal arranġamenti ta' malus jew clawback. L-istituzzjonijiet għandhom jiffissaw kriterji speċifiċi għall-applikazzjoni tal-malus u l-clawback. Tali kriterji għandhom b'mod partikolari jkopru sitwazzjonijiet fejn il-membru tal-persunal:

(i) 

ipparteċipa fi jew kien responsabbli għal imġiba li rriżultat f'telf sinifikanti għall-istituzzjoni;

(ii) 

naqas li jissodisfa standards xierqa ta' idoneità u proprjetà;

(o) 

il-politika dwar il-pensjonijiet tkun konformi mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal- istituzzjoni.

Jekk l-impjegat jitlaq mill-istituzzjoni qabel ma jirtira, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jinżammu mill-istituzzjoni għal perijodu ta’ ħames snin fil-forma ta’ strumenti msemmija fil-punt (l). Fejn impjegat li jilħaq l-età tal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jitħallsu lill-impjegat fil-forma ta’ strumenti msemmija fil-punt (l) soġġetti għal perijodu ta’ retenzjoni ta’ ħames snin;

(p) 

il-membri tal-persunal jkunu meħtieġa jimpenjaw ruħhom li ma jużawx strateġiji personali ta' kopertura jew assigurazzjoni relatata mar-rimunerazzjoni u mar-responsabbiltà biex jimminaw l-effetti tal-allinjament tar-riskju integrati fl-arranġamenti tar-rimunerazzjoni tagħhom;

(q) 

ir-rimunerazzjoni varjabbli ma titħallasx b'mezzi jew metodi li jiffaċilitaw in-nuqqas ta' konformità ma’ din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 94 2.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (l)(ii) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2014.

Bil-għan li jiġi identifikat persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil ta’ riskju tal-istituzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 92(3), ħlief fir-rigward ta’ persunal f’ditti tal-investiment, l-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġi definit dan li ġej:

(a) 

responsabbiltà maniġerjali u funzjonijiet ta’ kontroll intern;

(b) 

unità operatorja materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil ta’ riskju tal-unità operatorja rilevanti; u

(c) 

kategoriji oħrajn ta’ persunal li ma jissemmewx b’mod espliċitu fl-Artikolu 92(3) li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt fuq il-profil ta’ riskju tal-istituzzjoni li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak ta’ dawk il-kategoriji ta’ persunal imsemmija fih.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta’ Diċembru 2019.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li japplikaw għad-ditti tal-investiment, l-għoti tas-setgħa stabbilita fl-Artikolu 94(2) ta’ din id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 33 ), għandha tkompli tapplika sas-26 ta’ Ġunju 2021.

Artikolu 94 3.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (l) u (m) u fit-tieni paragrafu tal-punt (o) ta' dak il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal:

▼M11

(a) 

istituzzjoni li ma tkunx istituzzjoni kbira u li l-valur tal-assi tagħha jkun fil-medja u fuq bażi individwali f’konformità ma’ din id-Direttiva u mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ugwali għal EUR 5 biljun jew anqas tul il-perjodu ta’ erba’ snin immedjatament qabel is-sena finanzjarja kurrenti;

▼M5

(b) 

membru tal-persunal li r-rimunerazzjoni varjabbli annwali tiegħu ma taqbiżx EUR 50 000 u ma tirrappreżentax aktar minn terz tar-rimunerazzjoni annwali totali tal- membru tal-persunal.

Artikolu 94 4.

Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 3, Stat Membru jista' jnaqqas jew iżid il-limitu massimu msemmi fih, dment li:

(a) 

l-istituzzjoni li b'rabta magħha l-Istat Membru jagħmel użu minn din id-dispożizzjoni ma tkunx istituzzjoni kbira kif definita fil-punt (146) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, meta l-limitu massimu jiġi miżjud:

(i) 

l-istituzzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (145)(c), (d) u (e) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(ii) 

il-limitu massimu ma jaqbiżx l-EUR 15-il biljun;

(b) 

huwa adatt li jiġi modifikat il-livell massimu f'konformità ma' dan il-paragrafu filwaqt li jittieħed kont tan-natura tal-istituzzjoni, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-organizzazzjoni interna tagħha jew, jekk applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li għalih tappartjeni.

Artikolu 94 5.
Permezz ta' deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 3, Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-membri tal-persunal intitolati għal rimunerazzjoni varjabbli annwali inqas mil-limitu massimu u s-sehem imsemmi f'dak il-punt ma għandhomx ikunu soġġetti għall-eżenzjoni li tinsab fih minħabba speċifiċitajiet tas-suq nazzjonali f'termini ta' prattiki tar-rimunerazzjoni jew minħabba n-natura tar-responsabbiltajiet u l-profil tax-xogħol ta' dawk il-membri tal-persunal.
Artikolu 94 6.
Sat-28 ta' Ġunju 2023, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, għandha tirrevedi u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 3 sa 5 u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva, jekk adatt.
Artikolu 94 7.
L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-paragrafi 3, 4 u 5 u li jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.