+Artikolu 97 Rieżami superviżorju u evalwazzjoni
---+Artikolu 97 1.
---+Artikolu 97 2.
---+Artikolu 97 3.
---+Artikolu 97 4.
---+Artikolu 97 4a.
---+Artikolu 97 5.
---+Artikolu 97 6.

Artikolu 97 Rieżami superviżorju u evalwazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 97 1.

B'kont meħud tal-kriterji tekniċi stipulati fl-Artikolu 98, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jevalwaw:

(a) 

ir-riskji li l-istituzzjonijiet ikunu jew jistgħu jkunu esposti għalihom;

▼M5 —————

▼B

(c) 

ir-riskji skoperti mill-ittestjar għal stress b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' istituzzjoni;

▼M8

(d) 

ir-riskji żvelati mill-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali f'konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2022/2554.

▼B

Artikolu 97 2.
L-ambitu tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru r-rekwiżiti kollha ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Artikolu 97 3.
Abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet u l-fondi proprji u l-likwidità miżmuma minnhom jiżgurawx ġestjoni u kopertura tajbin tar-riskji tagħhom.
Artikolu 97 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-frekwenza u l-intensità tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tad-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni kkonċernata u jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità. Ir-rieżami u l-evalwazzjoni għandhom ikunu aġġornati mill-inqas fuq bażi annwali għall-istituzzjonijiet koperti mill-programm ta' eżami superviżorju msemmi fl-Artikolu 99(2).

Meta jwettqu r-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità f’konformità mal-kriterji żvelati skont l-Artikolu 143(1), il-punt (c). B’mod partikolari, sabiex jitwettqu r-rieżami u l-evalwazzjoni ta’ istituzzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ tqis jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ġewx issodisfati:

(a) 

l-istituzzjoni ma tkunx G-SII, G-SII mhux tal-UE, jew entità G-SII f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

l-istituzzjoni tkun ġiet identifikata bħala istituzzjoni sistemikament importanti oħra (O-SII) f’konformità mal-Artikolu 131(1) u (3) ta’ din id-Direttiva;

(c) 

l-istituzzjoni tkun parti minn grupp fejn l-istituzzjoni prinċipali u l-maġġoranza l-kbira tal-istituzzjonijiet sussidjarji jkunu relatati ma’ xulxin kif deskritt fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(d) 

l-istituzzjonijiet sussidjarji msemmija fil-punt (c) ta’ dan is-subparagrafu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

jikkwalifikaw, jew il-maġġoranza l-kbira tagħhom jikkwalifikaw, bħala soċjetajiet mutwali, soċjetajiet kooperattivi jew istituzzjonijiet tat-tfaddil f’konformità mal-Artikolu 27(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-liġi nazzjonali applikabbli tinkludi limitu massimu jew restrizzjoni fuq il-livell massimu tad-distribuzzjonijiet;

(ii) 

fuq bażi individwali jew subkonsolidata, l-assi totali tagħhom ma jaqbżux EUR 30 biljun.

Artikolu 97 4a.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jfasslu l-metodoloġiji apposta għall-applikazzjoni tar-rieżami u tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex iqisu istituzzjonijiet bi profil tar-riskju simili, bħalma huma mudelli tan-negozju jew il-pożizzjonijiet ġeografiċi ta' skoperturi simili. Tali metodoloġiji mfassla apposta jistgħu jinkludu punti ta' riferiment orjentati lejn ir-riskju u indikaturi kwantitattivi, għandhom jippermettu konsiderazzjoni dovuta tar-riskji speċifiċi li tista' tkun esposta għalihom kull istituzzjoni u ma għandhomx jaffettwaw in-natura tal-miżuri speċifiċi għall-istituzzjoni imposti f'konformità mal-Artikolu 104.

Fejn awtoritajiet kompetenti jużaw metodoloġiji mfassla apposta skont dan il-paragrafu, dawn għandhom jinnotifikaw lill-ABE. L-ABE għandha timmonitorja l-prattiki superviżorji u toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, waqt li tispeċifika kif profili tar-riskju simili għandhom jiġu evalwati għall-finijiet ta' dan il-paragrafu u biex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u proporzjonata ta' metodoloġiji madwar l-Unjoni li jkunu mfassla għal istituzzjonijiet simili.

Artikolu 97 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn rieżami juri li istituzzjoni tista' toħloq riskju sistemiku skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 l-awtoritajiet kompetenti jinformaw lill-ABE mingħajr dewmien bir-riżultati tar-rieżami.
Artikolu 97 6.
Fejn rieżami, b'mod partikolari l-evalwazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza, il-mudell tan-negozju, jew l-attivitajiet ta' istituzzjoni, jagħti lill-awtoritajiet kompetenti raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li, b'rabta ma' dik l-istituzzjoni, qed jitwettqu, jew twettqu, jew kien hemm tentattiv li jitwettqu, il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew ikun hemm riskju miżjud ta' dan, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tinnotifika l-ABE u lill-awtorità jew il-korp li jissorvelja l-istituzzjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u li jkun kompetenti biex jiżgura l-konformità ma' dik id-Direttiva. Fil-każ ta' riskju miżjud potenzjali ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, l-awtorità kompetenti u l-awtorità jew il-korp li jissorvelja l-istituzzjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u li jkun kompetenti biex jiżgura l-konformità ma' dik id-Direttiva għandhom jikkomunikaw u jinnotifikaw il-valutazzjoni komuni tagħhom immedjatament lill-ABE. L-awtorità kompetenti għandha tieħu, kif adatt, miżuri f'konformità ma' din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.