|
+Artikolu 97 4. |
Artikolu 97 4.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-frekwenza u l-intensità tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tad-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni kkonċernata u jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità. Ir-rieżami u l-evalwazzjoni għandhom ikunu aġġornati mill-inqas fuq bażi annwali għall-istituzzjonijiet koperti mill-programm ta' eżami superviżorju msemmi fl-Artikolu 99(2). Meta jwettqu r-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità f’konformità mal-kriterji żvelati skont l-Artikolu 143(1), il-punt (c). B’mod partikolari, sabiex jitwettqu r-rieżami u l-evalwazzjoni ta’ istituzzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ tqis jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ġewx issodisfati:
(a)
l-istituzzjoni ma tkunx G-SII, G-SII mhux tal-UE, jew entità G-SII f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
l-istituzzjoni tkun ġiet identifikata bħala istituzzjoni sistemikament importanti oħra (O-SII) f’konformità mal-Artikolu 131(1) u (3) ta’ din id-Direttiva;
(c)
l-istituzzjoni tkun parti minn grupp fejn l-istituzzjoni prinċipali u l-maġġoranza l-kbira tal-istituzzjonijiet sussidjarji jkunu relatati ma’ xulxin kif deskritt fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;
(d)
l-istituzzjonijiet sussidjarji msemmija fil-punt (c) ta’ dan is-subparagrafu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
jikkwalifikaw, jew il-maġġoranza l-kbira tagħhom jikkwalifikaw, bħala soċjetajiet mutwali, soċjetajiet kooperattivi jew istituzzjonijiet tat-tfaddil f’konformità mal-Artikolu 27(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-liġi nazzjonali applikabbli tinkludi limitu massimu jew restrizzjoni fuq il-livell massimu tad-distribuzzjonijiet;
(ii)
fuq bażi individwali jew subkonsolidata, l-assi totali tagħhom ma jaqbżux EUR 30 biljun. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|