+Artikolu 98 5a.

Artikolu 98 5a.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex għall-finijiet tal-paragrafu 5 tispeċifika:

(a) 

is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji kif imsemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 u ż-żewġ xenarji ta' xokk superviżorji kif imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 li għandhom jiġu applikati għar-rati tal-imgħax għal kull munita;

(b) 

fid-dawl ta' standards prudenzjali maqbula internazzjonalment, is-suppożizzjonijiet komuni ta' mudellar u parametriċi, eskluż suppożizzjonijiet ta' mġiba, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità kif imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, li għandhom ikunu limitati għal:

(i) 

it-trattament tal-ekwità stess tal-istituzzjoni;

(ii) 

l-inklużjoni, il-kompożizzjoni u l-iskontar tal-flussi ta' flus sensittivi għar-rati tal-imgħax li jirriżultaw mill-assi, l-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, inkluż it-trattament tal-marġini kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra;

(iii) 

l-użu ta' mudelli tal-karta tal-bilanċ dinamiċi jew statiċi u t-trattament li jirriżulta minn pożizzjonijiet ammortizzati u dawk li jimmaturaw.

(c) 

fid-dawl ta' standards prudenzjali internazzjonalment maqbula, is-suppożizzjonijiet komuni ta' mudellar u parametriċi, eskluż suppożizzjonijiet ta' mġiba, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità kif imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 li għandhom ikunu limitati għal:

(i) 

L-inklużjoni u l-kompożizzjoni tal-flussi ta' flus sensittivi għar-rati tal-imgħax li jirriżultaw mill-assi, l-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, inkluż it-trattament tal-marġini kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra;

(ii) 

l-użu ta' mudelli tal-karta tal-bilanċ dinamiċi u/jew statiċi u t-trattament li jirriżulta minn pożizzjonijiet ammortizzati u dawk li jimmaturaw;

(iii) 

il-perijodu li matulu għandu jitkejjel l-introjtu nett futur mill-imgħax;

(d) 

dak li jikkostitwixxi tnaqqis kbir kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Qiegħda tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissuplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.