+Artikolu 98 Kriterji tekniċi għar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji
---+Artikolu 98 1.
---+Artikolu 98 2.
---+Artikolu 98 3.
---+Artikolu 98 4.
---+Artikolu 98 5.
---+Artikolu 98 5a.
---+Artikolu 98 6.
---+Artikolu 98 7.
---+Artikolu 98 8.
---+Artikolu 98 9.
---+Artikolu 98 10.

Artikolu 98 Kriterji tekniċi għar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 98 1.

Minbarra r-riskji tal-kreditu, tas-swieq u operattivi, ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 97 għandhom jinkludu tal-inqas:

(a) 

ir-riżultati tal-ittestjar għal stress mwettaq f'konformità mal-Artikolu 177 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mill-istituzzjonijiet li japplikaw approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni;

(b) 

l-iskopertura għar-riskju ta’ konċentrazzjoni u l-ġestjoni tiegħu mill-istituzzjonijiet, inklużi l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stipulati fil-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 81 ta’ din id-Direttiva;

(c) 

is-sodezza, l-idoneità u l-mod tal-applikazzjoni tal-politiki u l-proċeduri implimentati mill-istituzzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskju residwu assoċjat mal-użu ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu rikonoxxuti;

(d) 

il-grad sa fejn il-fondi proprji miżmuma minn istituzzjoni fir-rigward tal-assi li tkun iggarantixxiet b'assi eżistenti jkunu adegwati meta titqies is-sustanza ekonomika tat-transazzjoni, inkluż il-grad tat-trasferiment tar-riskju miksub;

(e) 

l-iskopertura għar-riskju tal-likwidità, il-kalkolu u l-ġestjoni tiegħu mill-istituzzjonijiet, inkluż l-iżvilupp ta’ analiżijiet ta’ xenarji alternattivi, l-ġestjoni tal-mitiganti tar-riskju (b’mod partikolari l-livell, il-kompożizzjoni u l-kwalità tar-riżervi ta' likwidità) u l-pjani ta’ kontinġenza effikaċi;

(f) 

l-impatt tal-effetti tad-diversifikazzjoni u kif tali effetti jiġu kkunsidrati fis-sistema tal-kalkolu tar-riskju;

(g) 

ir-riżultati tal-ittestjar għal stress mwettaq mill-istituzzjonijiet permezz ta’ mudell intern għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq skont il-Kapitolu 5 tal-Parti Tlieta, Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(h) 

iż-żona ġeografika tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet;

(i) 

il-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni;

▼M5 —————

▼M11

(k) 

il-punt sa fejn l-istituzzjonijiet ikunu stabbilew politiki u azzjonijiet operazzjonali xierqa relatati ma’ miri kwantifikabbli u stadji importanti stabbiliti fil-pjanijiet li għandhom jitħejjew f’konformità mal-Artikolu 76(2).

▼B

Artikolu 98 2.
Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu regolarment valutazzjoni komprensiva tal-ġestjoni kumplessiva tar-riskju tal-likwidità mill-istituzzjonijiet u jippromwovu l-iżvilupp ta’ metodoloġiji interni validi. Waqt li jwettqu dawn ir-rieżamijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ir-rwol tal-istituzzjonijiet fis-swieq finanzjarji. L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru wieħed għandhom iqisu kif xieraq l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati.
Artikolu 98 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw jekk istituzzjoni tkunx ipprovdiet appoġġ impliċitu għal titolizzazzjoni. Jekk istituzzjoni tinstab li pprovdiet appoġġ impliċitu f’aktar minn okkażjoni waħda, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa li jirriflettu aspettattiva akbar li tkun ser tipprovdi appoġġ fil-futur għall-assigurazzjoni tagħha b'assi eżistenti u b’hekk ma tiksibx trasferiment sinifikanti tar-riskju.
Artikolu 98 4.
Għall-finijiet tad-determinazzjoni li trid issir skont l-Artikolu 97(3) ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l-aġġustamenti tal-valutazzjoni magħmula għal pożizzjonijiet jew portafolli fil-protafoll ta’ negozjar, kif stabbilit fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jippermettux lill-istituzzjoni tbiegħ jew tkopri l-pożizzjonijiet tagħha fi żmien qasir mingħajr ma tagħmel telf materjali skont kondizzjonijiet normali tas-suq.
Artikolu 98 5.
Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-iskopertura tal-istituzzjonijiet għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.

Is-setgħat superviżorji għandhom ikunu eżerċitati tal-anqas fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn il-valur ekonomiku tal-ekwità tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 84(1) jonqos b'aktar minn 15 % tal-kapital tal-Grad 1 tagħha bħala riżultat ta' bidla f'daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax kif stabbilit f'xi wieħed mis-sitt xenarji superviżorji ta' xokk applikati għar-rati tal-imgħax;

(b) 

fejn id-dħul mill-imgħax nett tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 84(1) jesperjenza tnaqqis kbir bħala riżultat ta' bidla f'daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax kif stabbilit f'xi wieħed miż-żewġ xenarji superviżorji ta' xokk applikati għar-rati tal-imgħax.

Minkejja t-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx ikunu obbligati jeżerċitaw setgħat superviżorji fejn iqisu, abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, li l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata u li l-istituzzjoni ma tkunx eċċessivament esposta għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, it-terminu “setgħat superviżorji” ifisser is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 104(1) jew is-setgħa li jiġu speċifikati preżunzjonijiet ta' mudellar u parametriċi, minbarra dawk identifikati mill-ABE skont il-punt (b) tal-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkolu tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità skont l-Artikolu 84(1).

Artikolu 98 5a.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex għall-finijiet tal-paragrafu 5 tispeċifika:

(a) 

is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji kif imsemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 u ż-żewġ xenarji ta' xokk superviżorji kif imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 li għandhom jiġu applikati għar-rati tal-imgħax għal kull munita;

(b) 

fid-dawl ta' standards prudenzjali maqbula internazzjonalment, is-suppożizzjonijiet komuni ta' mudellar u parametriċi, eskluż suppożizzjonijiet ta' mġiba, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità kif imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, li għandhom ikunu limitati għal:

(i) 

it-trattament tal-ekwità stess tal-istituzzjoni;

(ii) 

l-inklużjoni, il-kompożizzjoni u l-iskontar tal-flussi ta' flus sensittivi għar-rati tal-imgħax li jirriżultaw mill-assi, l-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, inkluż it-trattament tal-marġini kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra;

(iii) 

l-użu ta' mudelli tal-karta tal-bilanċ dinamiċi jew statiċi u t-trattament li jirriżulta minn pożizzjonijiet ammortizzati u dawk li jimmaturaw.

(c) 

fid-dawl ta' standards prudenzjali internazzjonalment maqbula, is-suppożizzjonijiet komuni ta' mudellar u parametriċi, eskluż suppożizzjonijiet ta' mġiba, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità kif imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 li għandhom ikunu limitati għal:

(i) 

L-inklużjoni u l-kompożizzjoni tal-flussi ta' flus sensittivi għar-rati tal-imgħax li jirriżultaw mill-assi, l-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, inkluż it-trattament tal-marġini kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra;

(ii) 

l-użu ta' mudelli tal-karta tal-bilanċ dinamiċi u/jew statiċi u t-trattament li jirriżulta minn pożizzjonijiet ammortizzati u dawk li jimmaturaw;

(iii) 

il-perijodu li matulu għandu jitkejjel l-introjtu nett futur mill-imgħax;

(d) 

dak li jikkostitwixxi tnaqqis kbir kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Qiegħda tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissuplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 98 6.
Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għar-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva kif rifless mill-indikaturi tal-lieva finanzjarja eċċessiva, inkluż il-proporzjon tal-lieva finanzjarja iddeterminat skont l-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta jiddeterminaw l-adegwatezza tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja tal-istituzzjonijiet u tal-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskji ta’ lieva finanzjarja eċċessiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-mudell tan-negozju ta’ dawk l-istituzzjonijiet.
Artikolu 98 7.
Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-arranġamenti ta' governanza tal-istituzzjonijiet, il-kultura u l-valuri korporattivi tagħhom u l-kapaċità tal-membri tal-korp ta' ġestjoni li jwettqu dmirijiethom. Fit-twettiq ta’ dan ir-rieżami u tal-evalwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mill-inqas, ikollhom aċċess għall-aġendi u d-dokumenti akkumpanjanti tal-laqgħat tal-korp ta' ġestjoni u l-kumitati tiegħu, u r-riżultati tal-evalwazzjoni interna jew esterna rigward il-prestazzjoni tal-korp ta' ġestjoni.
Artikolu 98 8.
L-ABE għandha tivvaluta l-inklużjoni potenzjali fir-rieżami u evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (riskji tal-ESG).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valutazzjoni tal-ABE għandu jkun fiha tal-inqas dan li ġej:

(a) 

l-iżvilupp ta' definizzjoni uniformi ta' riskji tal-ESG, inkluż riskji fiżiċi u riskji ta' transizzjoni; dawn tal-aħħar għandhom jinkludu r-riskji relatati mad-deprezzament minħabba bidliet regolatorji;

(b) 

l-iżvilupp ta' kriterji kwalitattivi u kwantitattivi adatti għall-valutazzjoni tal-impatt ta' riskji tal-ESG fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjonijiet fit-terminu qasir, medju u twil; tali kriterji għandhom tinkludu proċessi ta' ttestjar għal stress u analiżijiet ta' xenarji biex jiġi valutat l-impatt ta' riskji tal-ESG skont xenarji b'severitajiet differenti;

(c) 

l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji li għandhom jiġu implimentati mill-istituzzjonijiet biex jiġu identifikati, valutati u ġestiti r-riskji tal-ESG;

(d) 

il-metodi u l-għodod ta' analiżi biex jivvalutaw l-impatt ta' riskji tal-ESG fuq is-self u l-attivitajiet ta' intermedjazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet.

L-ABE għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Ġunju 2021.

Abbażi tal-eżiti tar-rapport tagħha, l-ABE tista', jekk adatt, toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, rigward l-inklużjoni uniformi tar-riskji tal-ESG fil-proċess ta' reviżjoni u ta' evalwazzjoni superviżorji mwettaq mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 98 9.
Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-valutazzjoni tal-proċessi ta’ governanza u ta’ ġestjoni tar-riskji tal-istituzzjonijiet sabiex jiġu indirizzati r-riskji tal-ESG, kif ukoll tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għar-riskji tal-ESG. Fid-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-proċessi u tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-mudelli ta’ negozju ta’ dawk l-istituzzjonijiet.

L-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għar-riskji tal-ESG għandhom jiġu vvalutati wkoll abbażi tal-pjanijiet tal-istituzzjonijiet li jridu jitħejjew f’konformità mal-Artikolu 76(2). Il-proċessi ta’ governanza u ta’ ġestjoni tar-riskji tal-istituzzjonijiet fir-rigward tar-riskji tal-ESG għandhom jinġiebu f’konformità mal-objettivi stabbiliti f’dawk il-pjanijiet.

Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-valutazzjoni tal-pjanijiet tal-istituzzjonijiet li jridu jitħejjew f’konformità mal-Artikolu 76(2), kif ukoll tal-progress li jkun sar lejn l-indirizzar tar-riskji tal-ESG li jirriżultaw mill-proċess ta’ aġġustament lejn in-newtralità klimatika u lejn objettivi regolatorji rilevanti oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-fatturi tal-ESG.

Artikolu 98 10.
Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-valutazzjoni tal-proċessi ta’ governanza u ta’ ġestjoni tar-riskji tal-istituzzjonijiet għall-iskoperturi għall-kriptoassi u l-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi, inkluż billi jitqiesu l-politiki u l-proċeduri tal-istituzzjonijiet għall-identifikazzjoni tar-riskji, kif ukoll l-adegwatezza tar-riżultati tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 79, il-punt (e), u l-Artikolu 83(4).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.