+Artikolu 100 Testijiet tal-istress superviżorji
---+Artikolu 100 1.
---+Artikolu 100 2.
---+Artikolu 100 3.
---+Artikolu 100 4.
---+Artikolu 100 5.
|
Artikolu 100 Testijiet tal-istress superviżorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 100 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu, kif adatt iżda tal-inqas kull sena, testijiet superviżorji tal-istress fuq l-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom, biex jiffaċilitaw il-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni skont l-Artikolu 97.
|
|
Artikolu 100 2.
|
L-ABE għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tiżgura li jintużaw metodoloġiji komuni mill-awtoritajiet kompetenti meta jwettqu testijiet superviżorji tal-istress ta' kull sena.
|
|
Artikolu 100 3.
|
L-istituzzjonijiet u partijiet terzi li jaġixxu f’kapaċità ta’ konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet fil-kuntest ta’ eżerċizzji ta’ ttestjar għal stress għandhom iżommu lura minn attivitajiet li jistgħu jfixklu l-ittestjar għal stress, bħall-valutazzjoni komparattiva, l-iskambju ta’ informazzjoni bejniethom, ftehimiet dwar imġiba komuni, jew l-ottimizzazzjoni tas-sottomissjonijiet tagħhom għal ittestjar għal stress. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn stabbiliti f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat kollha ta’ ġbir ta’ informazzjoni u investigattivi li jkunu neċessarji sabiex jidentifikaw dawk l-attivitajiet.
|
|
Artikolu 100 4.
|
L-ABE, l-EIOPA u l-AETS għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, jiżviluppaw linji gwida sabiex jiżguraw li l-konsistenza, il-kunsiderazzjonijiet fit-tul u l-istandards komuni għall-metodoloġiji ta’ valutazzjoni jiġu integrati fl-ittestjar għal stress tar-riskji tal-ESG. Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika dawk il-linji gwida sa sal-10 ta’ Jannar 2026. L-ABE, l-EIOPA u l-ESMA għandhom, permezz ta’ dak il-Kumitat Konġunt, jeżaminaw kif ir-riskji soċjali u relatati mal-governanza jistgħu jiġu integrati fl-ittestjar għal stress.
|
|
Artikolu 100 5.
|
L-ABE, f’kooperazzjoni mal-ESMA, għandu jiżviluppa linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tispeċifika metodoloġija konsistenti għall-integrazzjoni tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fit-testijiet tal-istress superviżorji. L-ABE għandha toħroġ il-linji gwida msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-25 ta’ Ġunju 2026.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|