+483. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, anke abbażi tal-Artikolu 100 tad-Direttiva 2013/36/UE …

483. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, anke abbażi tal-Artikolu 100 tad-Direttiva 2013/36/UE …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, anke abbażi tal-Artikolu 100 tad-Direttiva 2013/36/UE, jużaw l-ittestjar tal-istress superviżorju biex jiffaċilitaw l-SREP u, b’mod partikolari, il-valutazzjoni superviżorja tal-elementi ewlenin tiegħu, kif deskritt fit-Titoli 4 sa 8. L-integrazzjoni tal-fatturi tal-ESG fit-testijiet tal-istress superviżorju għandha ssir f’konformità mal-Linji Gwida Konġunti dwar l-integrazzjoni tar-riskji tal-ESG fit-testijiet tal-istress superviżorji, billi tingħata prijorità lir-riskji ambjentali. B’mod partikolari, l-ittestjar tal-istress superviżorju għandu jgħin lill-awtoritajiet kompetenti, fejn xieraq, b’dan li ġej:

  • a. il-valutazzjoni tar-riskji individwali tal-istituzzjonijiet għall-kapital kif imsemmi fit-Titolu 6, jew ir-riskji għal-likwidità u l-finanzjament kif imsemmi fit-Titolu 8;
  • b. il-valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-programmi tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjonijiet, kif ukoll ir-rilevanza, is-severità u l-plawżibbiltà tax-xenarji tat-testijiet tal-istress proprji tal-istituzzjonijiet użati għall-finijiet tal-ICAAP u tal-ILAAP. Dan jista’ jinkludi li jiġu kkontestati s-suppożizzjonijiet u l-motivaturi tar-riskji prinċipali tal-istituzzjonijiet;
  • c. il-valutazzjoni tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet biex jissodisfaw it-TSCR u l-OCR fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital, kif speċifikat fit-taqsima 7.7. Skont il-kopertura u t-tip tat-test tal-istress superviżorju, din il-valutazzjoni tista’ tiġi limitata biss għal xi elementi tat-TSCR koperti mill-karatteristiċi tat-tfassil tal-ittestjar tal-istress superviżorju (eż. P2R għal kategoriji ta’ riskju individwali, jekk it-test tal-istress ikopri biss tali kategoriji tar-riskju).
  • d. id-determinazzjoni tal-P2G għall-istituzzjonijiet;
  • e. l-identifikazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet jew dgħufijiet possibbli fil-ġestjoni u l-kontrolli tar-riskji tal-istituzzjonijiet fuq oqsma ta’ riskju individwali;
  • f. l-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet possibbli fl-arranġamenti globali ta’ governanza jew fil-kontrolli fuq livell tal-istituzzjoni kollha msemmija fit-Titolu 5. B’mod partikolari, jekk awtorità kompetenti tidentifika, permezz tal-ittestjar tal-istress superviżorju, nuqqasijiet fil-programmi tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni stess jew fl-infrastruttura tad-data tar-riskju ta’ appoġġ, dawn għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tal-qafas globali tal-governanza u tal-ġestjoni tar-riskju ta’ dik l-istituzzjoni;
  • g. id-determinazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi kwantitattivi tal-likwidità fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-likwidità, speċjalment meta awtorità kompetenti ma tkunx żviluppat punti ta’ riferiment speċifiċi superviżorji għar-rekwiżiti tal-likwidità. Ċerti elementi tat-testijiet tal-istress superviżorji tal-likwidità għandhom, fejn xieraq, jintużaw bħala inputs meta jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ likwidità speċifiċi għall-istituzzjonijiet kif speċifikat fit-taqsima 8.6.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.