|
+Artikolu 104 1. |
Artikolu 104 1.►M11 Għall-finijiet tal-Artikolu 97, tal-Artikolu 98(1), (4), (5)9u (10), tal-Artikolu 101(4) u tal-Artikolu 102 ta’ din id-Direttiva u tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandu tal-anqas ikollhom is-setgħa li: ◄
(a)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ikollhom fondi proprji addizzjonali li jaqbżu r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva;
(b)
jirrikjedu r-rinforz tal-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji implimentati f'konformità mal-Artikoli 73 u 74;
(c)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jippreżentaw pjan biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità mar-rekwiżiti superviżorji skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu, inkluż għat-titjib għal dak il-pjan rigward l-ambitu u l-iskadenza;
(d)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet japplikaw politika speċifika ta' proviżjonament jew it-trattament tal-assi fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji;
(e)
li jirrestrinġu jew jillimitaw in-negozju, inkluż fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ depożiti, l-operazzjonijiet jew in-network tal-istituzzjonijiet jew li jitolbu ċ-ċessjoni tal-attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-solidità ta’ istituzzjoni;
(f)
jirrikjedu t-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi tal-istituzzjonijiet, inkluż attivitajiet esternalizzati;
(g)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jillimitaw ir-rimunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali soda;
(h)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jużaw il-profitti netti biex isaħħu l-fondi proprji;
(i)
jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet jew il-pagamenti tal-imgħax minn istituzzjoni lill-azzjonisti, il-membri jew id-detenturi tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza mill-istituzzjoni;
(j)
jimponu rekwiżiti ta' rappurtar addizzjonali jew aktar frekwenti, inkluż rappurtar dwar il-fondi proprji, likwidità u lieva;
(k)
jimponu rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità, inkluż restrizzjonijiet fuq id-diskrepanzi fil-maturità bejn l-assi u l-obbligazzjoni;
(l)
jirrikjedu żvelar addizzjonali;
(m)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet inaqqsu r-riskji li jirriżultaw fuq perjodu qasir, medju u twil minn fatturi tal-ESG, inklużi dawk li jirriżultaw mill-proċess ta’ aġġustament u minn xejriet ta’ tranżizzjoni fil-kuntest tal-objettivi legali u regolatorji rilevanti tal-Unjoni, tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi, permezz ta’ aġġustamenti għall-istrateġiji tan-negozju tagħhom, il-governanza u l-ġestjoni tar-riskji li għalihom jista’ jintalab tisħiħ tal-miri, tal-miżuri u tal-azzjonijiet inklużi fil-pjanijiet tagħhom li għandhom jitħejjew f’konformità mal-Artikolu 76(2);
(n)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet iwettqu ttestjar għal stress jew analiżi tax-xenarji sabiex jivvalutaw ir-riskji li jirriżultaw minn skoperturi tal-kriptoassi u mill-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi;
(o)
jitolbu lill-istituzzjonijiet, meta l-awtorità kompetenti tqis li jkun hemm riskju ta’ konċentrazzjoni eċċessiva li jirriżulta minn skoperturi għal kontroparti ċentrali, inaqqsu l-iskoperturi għal dik il-kontroparti ċentrali jew jallinjaw mill-ġdid l-iskoperturi fil-kontijiet tal-ikklerjar tagħhom f’konformità mal-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|