+Artikolu 104 Setgħat superviżorji
---+Artikolu 104 1.
---+Artikolu 104 2.
---+Artikolu 104 4.
|
Artikolu 104 Setgħat superviżorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 104 1.
|
►M11
Għall-finijiet tal-Artikolu 97, tal-Artikolu 98(1), (4), (5)9u (10), tal-Artikolu 101(4) u tal-Artikolu 102 ta’ din id-Direttiva u tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandu tal-anqas ikollhom is-setgħa li: ◄
(a)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ikollhom fondi proprji addizzjonali li jaqbżu r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva;
(b)
jirrikjedu r-rinforz tal-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji implimentati f'konformità mal-Artikoli 73 u 74;
(c)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jippreżentaw pjan biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità mar-rekwiżiti superviżorji skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu, inkluż għat-titjib għal dak il-pjan rigward l-ambitu u l-iskadenza;
(d)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet japplikaw politika speċifika ta' proviżjonament jew it-trattament tal-assi fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji;
▼M11
(e)
li jirrestrinġu jew jillimitaw in-negozju, inkluż fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ depożiti, l-operazzjonijiet jew in-network tal-istituzzjonijiet jew li jitolbu ċ-ċessjoni tal-attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-solidità ta’ istituzzjoni;
▼M5
(f)
jirrikjedu t-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi tal-istituzzjonijiet, inkluż attivitajiet esternalizzati;
(g)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jillimitaw ir-rimunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali soda;
(h)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jużaw il-profitti netti biex isaħħu l-fondi proprji;
(i)
jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet jew il-pagamenti tal-imgħax minn istituzzjoni lill-azzjonisti, il-membri jew id-detenturi tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza mill-istituzzjoni;
(j)
jimponu rekwiżiti ta' rappurtar addizzjonali jew aktar frekwenti, inkluż rappurtar dwar il-fondi proprji, likwidità u lieva;
(k)
jimponu rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità, inkluż restrizzjonijiet fuq id-diskrepanzi fil-maturità bejn l-assi u l-obbligazzjoni;
(l)
jirrikjedu żvelar addizzjonali;
▼M11
(m)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet inaqqsu r-riskji li jirriżultaw fuq perjodu qasir, medju u twil minn fatturi tal-ESG, inklużi dawk li jirriżultaw mill-proċess ta’ aġġustament u minn xejriet ta’ tranżizzjoni fil-kuntest tal-objettivi legali u regolatorji rilevanti tal-Unjoni, tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi, permezz ta’ aġġustamenti għall-istrateġiji tan-negozju tagħhom, il-governanza u l-ġestjoni tar-riskji li għalihom jista’ jintalab tisħiħ tal-miri, tal-miżuri u tal-azzjonijiet inklużi fil-pjanijiet tagħhom li għandhom jitħejjew f’konformità mal-Artikolu 76(2);
(n)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet iwettqu ttestjar għal stress jew analiżi tax-xenarji sabiex jivvalutaw ir-riskji li jirriżultaw minn skoperturi tal-kriptoassi u mill-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi;
▼M12
(o)
jitolbu lill-istituzzjonijiet, meta l-awtorità kompetenti tqis li jkun hemm riskju ta’ konċentrazzjoni eċċessiva li jirriżulta minn skoperturi għal kontroparti ċentrali, inaqqsu l-iskoperturi għal dik il-kontroparti ċentrali jew jallinjaw mill-ġdid l-iskoperturi fil-kontijiet tal-ikklerjar tagħhom f’konformità mal-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
▼M5
|
|
Artikolu 104 2.
|
Għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar spissi fuq l-istituzzjonijiet fejn l-informazzjoni rilevanti hija adatta u proporzjonata fir-rigward tal-għan li għalih l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa u ma tkunx duplikata l-informazzjoni mitluba. Għall-finijiet tal-Artikoli 97 sa 102, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista' tkun meħtieġa mill-istituzzjonijiet għandha titqies bħala duplikattiva fejn l-istess jew sostanzjalment l-istess informazzjoni tkun diġà ġiet irrappurtata mod ieħor lill-awtorità kompetenti jew tista' tiġi prodotta mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti m'għandhiex teħtieġ li istituzzjoni tirrapporta informazzjoni addizzjonali fejn hija tkun preċedentement irċevietha f'format jew livell ta' granularità differenti u dak il-format jew il-granularità differenti ma jżommx lill-awtorità kompetenti milli tipproduċi informazzjoni tal-istess kwalità u affidabbiltà bħal dik prodotta fuq il-bażi tal-informazzjoni addizzjonali li nkella tiġi rappurtata mod ieħor.
|
|
Artikolu 104 4.
|
L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sabiex tispeċifika kif l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidentifikaw jekk ir-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu tal-istituzzjonijiet, imsemmijin fl-Artikolu 381 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, joħloqx riskji eċċessivi għas-solidità ta’ dawk l-istituzzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|