|
+Artikolu 104a 4. |
Artikolu 104a 4.L-istituzzjoni għandha tagħmel tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biex tindirizza r-riskji apparti mir-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva mal-fondi proprji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
tal-anqas tliet kwarti mir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandhom jissodisfaw il-kapital tal-Grad 1;
(b)
tal-anqas tliet kwarti mill-kapital tal-Grad 1 imsemmi fil-punt (a) għandhom ikunu komposti mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni. L-istituzzjoni għandha tagħmel tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biex tindirizza r-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva mal-Kapital tal-Grad 1. Permezz ta’ deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit tagħha ta’ fondi proprji addizzjonali b’sehem akbar ta’ kapital tal-Grad 1 jew ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, fejn ikun meħtieġ, u b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni. Fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata;
(c)
il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva fejn dik il-gwida tindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzajrja eċċessiva. Fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li mhux kopert suffiċjentement mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
ir-rekwiżit ta' fondi proprji stabbilit fil-punti (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva, fejn dik il-gwida tindirizza r-riskji ta' lieva finanzjarja eċċessiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|