|
+Artikolu 104a 6. |
Artikolu 104a 6.Meta istituzzjoni ssir marbuta bil-minimu tal-output stabbilit fl-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu japplika dan li ġej:
(a)
l-ammont nominali ta’ fondi proprji addizzjonali meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 104(1), il-punt (a), sabiex jiġu indirizzati r-riskji għajr ir-riskju ta’ lieva eċċessiva ma jridx jiżdied bħala riżultat tal-irbit tal-istituzzjoni bil-minimu tal-output;
(b)
l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mid-data tat-tmiem tal-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni li jmiss, tirrevedi l-fondi proprji addizzjonali li kienet teħtieġ mill-istituzzjoni f’konformità mal- Artikolu 104(1), il-punt (a), u tneħħi kwalunkwe parti minnhom li tgħodd darbtejn ir-riskji li diġà jkunu koperti bis-sħiħ mill-fatt li l-istituzzjoni tkun marbuta bil-minimu tal-output;
(c)
hekk kif l-awtorità kompetenti tkun lestiet ir-rieżami msemmi fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu, il-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu ma għandux jibqa’ japplika. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikoli 131 u 133 ta’ din id-Direttiva, istituzzjoni għandha titqies bħala marbuta bil-minimu tal-output meta l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkolat f’konformità mal- Artikolu 92(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jaqbeż l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu tagħha kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(4) ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|