+Artikolu 104b Gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali
---+Artikolu 104b 1.
---+Artikolu 104b 2.
---+Artikolu 104b 3.
---+Artikolu 104b 4.
---+Artikolu 104b 4a.
---+Artikolu 104b 5.
---+Artikolu 104b 6.
|
Artikolu 104b Gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 104b 1.
|
Skont l-istrateġiji u l-proċessi msemmija fl-Artikolu 73, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-kapital intern tagħhom f'livell adegwat ta' fondi proprji li jkun biżżejjed biex ikopri r-riskji kollha li istituzzjoni tkun esposta għalihom u jiżguraw li l-fondi proprji tal-istituzzjoni jkunu jistgħu jassorbu telf potenzjali li jirriżulta minn xenarji ta' stress, inkluż dawk identifikati fit-test tal-istress superviżorju msemmi fl-Artikolu 100.
|
|
Artikolu 104b 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw b'mod regolari l-livell tal-kapital intern stabbilit minn kull istituzzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala parti mir-rieżamijiet u tal-evalwazzjonijiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 97 u 101, inkluż ir-riżultati tat-testijiet ta' stress msemmija fl-Artikolu 100. Skont dak ir-rieżami, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw għal kull istituzzjoni l-livell globali tal-fondi proprji tagħhom li jqisu adatt.
|
|
Artikolu 104b 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il-gwida tagħhom dwar il-fondi proprji addizzjonali lill-istituzzjonijiet. Il-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali għandha tikkonsisti mill-fondi proprji li jaqbżu l-ammont rilevanti ta' fondi proprji meħtieġ skont il-partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) u l-punt (6) tal-Artikolu 128 ta' din id-Direttiva jew skont l-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif rilevanti, li huma meħtieġa biex jintlaħaq il-livell globali ta' fondi proprji meqjus adatt mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 104b 4.
|
Il-gwida tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-fondi proprji addizzjonali skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandha tkun speċifika għall-istituzzjoni. Il-gwida tista' tkopri r-riskji indirizzati mir-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biss sal-punt li tkopri aspetti ta' dawk ir-riskji li mhumiex diġà koperti taħt dak ir-rekwiżit.
|
|
Artikolu 104b 4a.
|
Meta istituzzjoni tintrabat bil-minimu tal-output, l-awtorità kompetenti tagħha tista’ tirrieżamina l-gwida tagħha dwar il-fondi proprji addizzjonali kkomunikati lil dik l-istituzzjoni sabiex tiżgura li l-kalibrazzjoni tagħha tibqa’ xierqa.
|
|
Artikolu 104b 5.
|
Il-fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għall-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali kkomunikati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
ir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata.
Il-fondi proprji li jintużaw biex tintlaħaq il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali kkomunikata skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu biex tindirizza r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jiġi ssodisfat r-rekwiżit ta' fondi proprji stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizza r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 104b 6.
|
In-nuqqas li tiġi ssodisfata l-gwida msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu fejn istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-fondi proprji stabbiliti fil-Parti Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rekwiżit għal fondi proprji addizzjonali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva u, kif rilevanti, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 m'għandhomx jiskattaw ir-restrizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 141 jew l-Artikolu 141b ta' din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|