|
+Artikolu 106 1. |
Artikolu 106 1.L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex:
(a)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 aktar spiss milli meħtieġ mill-Artikoli 433 sa 433c ta’ dak ir-Regolament;
(b)
jistabbilixxu skadenzi għall-istituzzjonijiet, għajr istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, biex jissottomettu informazzjoni ta’ divulgazzjoni lill-ABE għall-pubblikazzjoni tagħha fuq is-sit web tal-ABE għal żvelar ċentralizzat;
(c)
jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jużaw media u postijiet speċifiċi għal pubblikazzjonijiet, għajr is-sit web tal-ABE għal żvelar ċentralizzat, jew għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjonijiet. Sal-10 ta’ Lulju 2025, l-ABE, b’kont meħud tal-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|