+Artikolu 106 Rekwiżiti speċifiċi ta’ pubblikazzjoni
---+Artikolu 106 1.
---+Artikolu 106 2.

Artikolu 106 Rekwiżiti speċifiċi ta’ pubblikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 106 1.

L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex:

(a) 

jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 aktar spiss milli meħtieġ mill-Artikoli 433 sa 433c ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

jistabbilixxu skadenzi għall-istituzzjonijiet, għajr istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, biex jissottomettu informazzjoni ta’ divulgazzjoni lill-ABE għall-pubblikazzjoni tagħha fuq is-sit web tal-ABE għal żvelar ċentralizzat;

(c) 

jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jużaw media u postijiet speċifiċi għal pubblikazzjonijiet, għajr is-sit web tal-ABE għal żvelar ċentralizzat, jew għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjonijiet.

Sal-10 ta’ Lulju 2025, l-ABE, b’kont meħud tal-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 106 2.
L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti li jirrikjedu lill-impriżi prinċipali li jippubblikaw annwalment jew b’mod sħiħ jew permezz ta’ referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura ġuridika tagħhom u l-istruttura ta’ governanza u organizzattiva tal-grupp tal-istituzzjonijiet skont l-Artikoli 14(3), l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 109(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.