+Artikolu 109 Arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet
---+Artikolu 109 1.
---+Artikolu 109 2.
---+Artikolu 109 3.
---+Artikolu 109 4.
---+Artikolu 109 5.
---+Artikolu 109 6.

Artikolu 109 Arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 109 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jissodisfaw l-obbligi stipulati fit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu fuq bażi individwali, dment li l-awtoritajiet kompetenti ma jagħmlux użu mid-deroga prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 109 2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-impriża prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, sabiex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi meħtieġa mit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu huma konsistenti u integrati sew u li jistgħu jiġu prodotti kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini ta' superviżjoni. B'mod partikolari, għandhom jiżguraw li l-impriżi prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jimplimentaw dawk l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi fis-sussidjarji tagħhom mhux soġġetti għal din id-Direttiva, inklużi dawk stabbiliti f'ċentri finanzjarji offshore. Dawk l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi għandhom ikunu wkoll konsistenti u integrati sew u dawk is-sussidjarji għandhom ikunu wkoll kapaċi jipproduċu kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini ta' superviżjoni. Impriżi sussidjarji li mhumiex huma stess soġġetti għal din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur tagħhom fuq bażi individwali.
Artikolu 109 3.
L-obbligi li jirriżultaw mit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu rigward l-impriżi sussidjarji li mhumiex huma stess soġġetti għal din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw jekk l-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista' turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni tat-Taqsima II hija illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn hija stabbilita s-sussidjarja.
Artikolu 109 4.

Ir-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 92, 94 u 95 ma għandhomx japplikaw fuq bażi konsolidata għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

impriżi sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni fejn huma soġġetti għal rekwiżiti ta' rimunerazzjoni speċifiċi f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni;

(b) 

impriżi sussidjarji stabbiliti f'pajjiż terz fejn dawn jiġu soġġetti għal rekwiżiti ta' rimunerazzjoni speċifiċi f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni li kieku ġew stabbiliti fl-Unjoni.

Artikolu 109 5.

B'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 92, 94 u 95, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92, 94 u 95 japplikaw għall-membri tal-persunal tas-sussidjarji li mhumiex soġġetti għal din id-Direttiva fuq bażi individwali fejn:

(a) 

is-sussidjarja jew huwa kumpannija tal-ġestjoni tal-assi, jew impriża li tipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (2), (3), (4), (6) u (7) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE; u

(b) 

dawk il-membri tal-persunal ingħataw mandat biex iwettqu attivitajiet professjonali li għandhom impatt materjali dirett fuq il-profil tar-riskju jew in-negozju tal-istituzzjonijiet fi ħdan il-grupp.

Artikolu 109 6.
Minkejja il-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 92, 94 u 95 fuq bażi konsolidata għal ambitu usa' ta' impriżi sussidjarji u l-persunal tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.