Artikolu 110a
Kamp ta’ applikazzjoni għal gruppi ta’ ditti tal-investiment
Dan il-Kapitolu japplika għal gruppi ta’ ditti tal-investiment, kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1), il-punt (25) tar-Regolament (UE) 2019/2033, fejn tal-anqas ditta tal-investiment waħda f’dak il-grupp tkun soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont l-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033.
Dan il-Kapitolu ma japplikax għal gruppi ta’ ditti tal-investiment meta l-ebda ditta tal-investiment f’dak il-grupp ma tkun soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont l-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033.