+Artikolu 113 Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni
---+Artikolu 113 1.
---+Artikolu 113 2.
---+Artikolu 113 3.
---+Artikolu 113 4.
---+Artikolu 113 5.

Artikolu 113 Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 113 1.

Is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jagħmlu kull ma jistgħu sabiex jaslu għal deċiżjoni konġunta:

(a) 

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73 u 97 sabiex jistabbilixxu l-adegwatezza tal-livell konsolidat ta' fondi proprji miżmum mill-grupp ta' istituzzjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu u l-livell meħtieġ ta' fondi proprji għall-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 104(1) għal kull entità fi ħdan il-grupp ta' istituzzjonijiet u fuq bażi konsolidata;

(b) 

dwar il-miżuri sabiex jiġu indirizzati kwalunkwe kwistjoni sinifikanti u sejba materjali relatati mas-superviżjoni tal-likwidità inklużi dawk relatati mal-adegwatezza tal-organizzazzjoni u mat-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 u relatati mal-bżonn ta' rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi għall-istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 105;

(c) 

rigward kwalunkwe gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmijin fl-Artikolu 104b(3).

Artikolu 113 2.

Għandhom jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 104a lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra;

(b) 

għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tal-profil tar-riskju ta' likwidità tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 86 u 105;

(c) 

għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 104b.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkunsidraw kif adatt ukoll il-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f'konformità mal-Artikoli 73, 97, 104a u 104b.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti f'dokumenti li fihom ir-raġunijiet sħaħ li għandhom jiġu pprovduti lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE mis-superviżur konsolidanti. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, fuq it-talba ta' kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-ABE. Is-superviżur konsolidanti jista' jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess.

Artikolu 113 3.
Fin-nuqqas ta' tali deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għandha tittieħed fuq bażi konsolidata mis-superviżur konsolidanti wara kunsiderazzjoni adatta tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Jekk, fi tmiem il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ABE skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala l-perijodi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fuq bażi individwali jew subkonsolidata wara kunsiderazzjoni adatta tal-fehmiet u tar-riservi espressi mis-superviżur konsolidanti. Jekk, fi tmiem il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiferixxu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ABE skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu l-perijodi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f'dokument li jkun fih ir-raġunijiet kollha u għandhom iqisu l-valutazzjoni tar-riskju, il-fehmiet u r-riservi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn espressi matul il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2. Id-dokument għandu jkun ipprovdut mis-superviżur konsolidanti lill-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati u lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE.

Meta tkun ġiet ikkonsultata l-ABE, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jikkunsidraw l-opinjoni tagħha, u jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnha.

Artikolu 113 4.
Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala determinattivi u applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu aġġornati fuq bażi annwali jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tagħmel talba bil-miktub u mmotivata bis-sħiħ lis-superviżur konsolidanti sabiex jaġġorna d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikoli 104b u 105. F'dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, l-aġġornament jista' jkun indirizzat fuq bażi bilaterali bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.

Artikolu 113 5.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi tal-proċess ta' deċiżjoni konġunta msemmi f'dan l-Artikolu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikoli 104b u 105 bl-għan li tiffaċilita d-deċiżjonijiet konġunti.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2014.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.