|
+Artikolu 117 1. |
Artikolu 117 1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tal-awtoritajiet l-oħra skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw, fuq talba, l-informazzjoni rilevanti kollha u għandhom jikkomunikaw fuq inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ABE għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ABE l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, u skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament 1093/2010. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titqies bħala essenzjali jekk tkun tista’ tinfluwenza materjalment il-valutazzjoni tas-sodezza finanzjarja ta’ istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja fi Stat Membru ieħor. B’mod partikolari, is-superviżuri konsolidanti tal-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE u l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jissorvelja s-sussidjarji ta’ dawk l-impriżi prinċipali. Biex ikun iddeterminat l-ammont ta' informazzjoni rilevanti, għandha titqies l-importanza ta’ dawk is-sussidjarji fis-sistema finanzjarja f’dawk l-Istati Membri. L-informazzjoni essenzjali jew rilevanti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi, b’mod partikolari, il-punti li ġejjin:
(a)
l-identifikazzjoni tal-istruttura ġuridika tal-grupp u l-istruttura tal-governanza inkluża l-istruttura organizzattiva, li jkopru l-entitajiet irregolati, l-entitajiet mhux irregolati, is-sussidjarji mhux irregolati u l-fergħat sinifikanti tal-grupp, l-impriżi prinċipali, skont l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 109(2), u tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet irregolati fil-grupp;
(b)
il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni mill-istituzzjonijiet fi grupp, u l-kontroll ta’ dik l-informazzjoni;
(c)
żviluppi negattivi fl-istituzzjonijiet jew f’entiajiet oħra ta’ grupp, li jistgħu jaffettwaw serjament lill-istituzzjonijiet;
(d)
penali sinifikanti u miżuri eċċezzjonali meħudin mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità ma’ din id-Direttiva, inkluża l-impożizzjoni ta’ rekwiżit speċifiku ta' fondi proprji skont l-Artikolu 104 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tal-Approċċ Avvanzat ta’ Kalkolu għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|