+Artikolu 117 Obbligi ta’ kooperazzjoni
---+Artikolu 117 1.
---+Artikolu 117 2.
---+Artikolu 117 3.
---+Artikolu 117 4.
---+Artikolu 117 5.
---+Artikolu 117 6.
|
Artikolu 117 Obbligi ta’ kooperazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 117 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tal-awtoritajiet l-oħra skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw, fuq talba, l-informazzjoni rilevanti kollha u għandhom jikkomunikaw fuq inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ABE għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ABE l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, u skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament 1093/2010. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titqies bħala essenzjali jekk tkun tista’ tinfluwenza materjalment il-valutazzjoni tas-sodezza finanzjarja ta’ istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja fi Stat Membru ieħor. B’mod partikolari, is-superviżuri konsolidanti tal-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE u l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jissorvelja s-sussidjarji ta’ dawk l-impriżi prinċipali. Biex ikun iddeterminat l-ammont ta' informazzjoni rilevanti, għandha titqies l-importanza ta’ dawk is-sussidjarji fis-sistema finanzjarja f’dawk l-Istati Membri. L-informazzjoni essenzjali jew rilevanti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi, b’mod partikolari, il-punti li ġejjin:
(a)
l-identifikazzjoni tal-istruttura ġuridika tal-grupp u l-istruttura tal-governanza inkluża l-istruttura organizzattiva, li jkopru l-entitajiet irregolati, l-entitajiet mhux irregolati, is-sussidjarji mhux irregolati u l-fergħat sinifikanti tal-grupp, l-impriżi prinċipali, skont l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 109(2), u tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet irregolati fil-grupp;
(b)
il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni mill-istituzzjonijiet fi grupp, u l-kontroll ta’ dik l-informazzjoni;
(c)
żviluppi negattivi fl-istituzzjonijiet jew f’entiajiet oħra ta’ grupp, li jistgħu jaffettwaw serjament lill-istituzzjonijiet;
(d)
penali sinifikanti u miżuri eċċezzjonali meħudin mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità ma’ din id-Direttiva, inkluża l-impożizzjoni ta’ rekwiżit speċifiku ta' fondi proprji skont l-Artikolu 104 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tal-Approċċ Avvanzat ta’ Kalkolu għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 117 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirriferu lill-ABE is-sitwazzjonijiet fejn:
(a)
meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ikkomunikat informazzjoni essenzjali;
(b)
meta t-talba għal kooperazzjoni, b’mod partikolari għal skambju ta’ informazzjoni rilevanti, tkun ġiet rifjutata jew ma jkun sar xejn dwarha fi żmien raġonevoli.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, l-ABE tista’ taġixxi f'konformità mas-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżviluppaw prattiki konsistenti ta' kooperazzjoni anki fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 117 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ikkontrollati minn istituzzjoni prinċipali tal-UE għandhom kull fejn jkun possibbli jikkuntattjaw lis-superviżur konsolidanti meta jeħtieġu infomazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-approċċi u l-metodoloġiji stipulati f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tista’ tkun diġà disponibbli għas-superviżur konsolidanti.
|
|
Artikolu 117 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, qabel ma jieħdu deċiżjoni, jikkonsultaw lil xulxin rigward il-punti li ġejjin,
►C2
fejn tali deċiżjoni tkun ta' importanza għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra: ◄
(a)
bidliet fl-istruttura tal-azzjonisti, dik organizzattiva jew ta' ġestjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fi grupp, li jirrikjedu l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti; u
(b)
penali sinifikanti jew miżuri eċċezzjonali meħudin mill-awtoritajiet kompetenti, inkluża l-impożizzjoni ta’ rekwiżit speċifiku ta' fondi proprji skont l-Artikolu 104 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tal-Approċċi Avvanzati ta’ Kalkolu għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Għall-finijiet tal-punt (b), is-superviżur konsolidanti għandu dejjem jiġi kkonsultat. Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tikkonsultax awtoritajiet kompetenti oħra f’każijiet ta’ urġenza jew fejn tali konsultazzjoni tista’ tippreġudika l-effikaċja tad-deċiżjonijiet tagħha. F’tali każ, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.
|
|
Artikolu 117 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti, l-unitajiet u l-awtoritajiet tal-intelligence finanzjarja fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw l-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 għall-konformità ma' dik id-Direttiva, għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom u għandhom jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni rilevanti għall-kompiti rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont id-Direttiva (UE) 2015/849, dment li tali kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni ma jkollhomx effett negattiv fuq inkjesta, investigazzjoni jew proċedimenti li jkunu għaddejjin f'konformità mal-liġi kriminali jew amministrattiva tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-awtorità kompetenti, l-unità jew l-awtorità tal-intelligence finanzjarja fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw l-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849. L-ABE tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 117 6.
|
L-ABE għandha sal-1 ta' Jannar 2020 biex toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-mod ta' kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari fir-rigward ta' gruppi transkonfinali u fil-kuntest tal-identifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli kontra l-ħasil tal-flus.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|