|
+Artikolu 117 4. |
Artikolu 117 4.L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, qabel ma jieħdu deċiżjoni, jikkonsultaw lil xulxin rigward il-punti li ġejjin, ►C2 fejn tali deċiżjoni tkun ta' importanza għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra: ◄
(a)
bidliet fl-istruttura tal-azzjonisti, dik organizzattiva jew ta' ġestjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fi grupp, li jirrikjedu l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti; u
(b)
penali sinifikanti jew miżuri eċċezzjonali meħudin mill-awtoritajiet kompetenti, inkluża l-impożizzjoni ta’ rekwiżit speċifiku ta' fondi proprji skont l-Artikolu 104 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tal-Approċċi Avvanzati ta’ Kalkolu għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għall-finijiet tal-punt (b), is-superviżur konsolidanti għandu dejjem jiġi kkonsultat. Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tikkonsultax awtoritajiet kompetenti oħra f’każijiet ta’ urġenza jew fejn tali konsultazzjoni tista’ tippreġudika l-effikaċja tad-deċiżjonijiet tagħha. F’tali każ, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|