|
+Artikolu 131 7. |
Artikolu 131 7.Qabel ma tiffissa jew terġa' tiffissa riżerva ta' O-SII, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika lill-BERS xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 u għandha tinnotifika lill-BERS tliet xhur qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti jew dik innominata msemmija fil-paragrafu 5a. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien. Tali notifiki għandhom jistabbilixxu fid-dettall:
(a)
il-ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ir-riżerva O-SII titqies li x'aktarx tkun effettiva u proporzjonata biex ittaffi r-riskju;
(b)
valutazzjoni tal-impatt probabbli, pożittiv jew negattiv, tar-riżerva O-SII fuq is-suq intern, abbażi tal-informazzjoni li hija disponibbli għall-Istat Membru;
(c)
ir-rata tar-riżerva O-SII li l-Istat Membru jixtieq jiffissa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|