+Artikolu 141 6.

Artikolu 141 6.

Il-fattur għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a) 

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva, espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan l-ewwel (jiġifieri l-anqas) wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0;

(b) 

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tieni wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,2;

(c) 

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tielet wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,4;

▼C4

(d) 

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan ir-raba' wieħed minn erbgħa (jiġifieri l-ogħla) tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,6.

▼M5

Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

fejn:

Qn = in-numru ordinali tal-wieħed minn erbgħa kkonċernat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.