+Artikolu 141 Restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet
---+Artikolu 141 1.
---+Artikolu 141 2.
---+Artikolu 141 3.
---+Artikolu 141 4.
---+Artikolu 141 5.
---+Artikolu 141 6.
---+Artikolu 141 7.
---+Artikolu 141 8.
---+Artikolu 141 9.
---+Artikolu 141 10.
|
Artikolu 141 Restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 141 1.
|
Istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata ma għandhiex tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tant li tnaqqas il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha sa livell li fih ma jibqax sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata.
|
|
Artikolu 141 2.
|
Istituzzjoni li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandha tikkalkula l-ammont massimu distribwibbli (AMD) f'konformità mal-paragrafu 4 u għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan. Meta jkun japplika l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni ma għandhiex twettaq xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin qabel ma tkun ikkalkulat l-AMD:
(a)
tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;
(b)
toħloq obbligu li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' pagament ikun inħoloq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata; jew
(c)
tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.
|
|
Artikolu 141 3.
|
Meta istituzzjoni tonqos milli tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata tagħha, ma għandhiex tiddistribwixxi aktar mill-AMD ikkalkulat skont il-paragrafu 4 permezz ta' xi azzjoni msemmija fil-punt (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 141 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-AMD billi jimmultiplikaw is-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-AMD għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li jirriżulta minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 141 5.
|
Is-somma li trid tiġi mmultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti f'dawn:
(a)
kwalunkwe profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament li jirriżulta mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
biż-żieda
(b)
kwalunkwe profitti ta' tmiem is-sena mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament li jirriżulta mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
li minnhom jitnaqqsu
(c)
l-ammonti li jkunu pagabbli f'taxxa li kieku kellhom jinżammu l-elementi speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 141 6.
|
Il-fattur għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
(a)
fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva, espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan l-ewwel (jiġifieri l-anqas) wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0;
(b)
fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tieni wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,2;
(c)
fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tielet wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,4;
▼C4
(d)
fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan ir-raba' wieħed minn erbgħa (jiġifieri l-ogħla) tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,6.
▼M5
Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandhom jiġu kkalkulati kif ġej: fejn: Qn = in-numru ordinali tal-wieħed minn erbgħa kkonċernat.
|
|
Artikolu 141 7.
|
Ir-restrizzjonijiet imposti minn dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-pagamenti li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew fi tnaqqis tal-profitti, u fejn is-sospensjoni tal-ħlas jew in-nuqqas li jsir il-ħlas ma tikkostitwixxix każ ta’ inadempjenza jew kondizzjoni għall-ftuħ ta’ proċedimenti skont ir-reġim ta' insolvenza applikabbli għall-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 141 8.
|
Fejn l-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata u jkollha l-intenzjoni li tiddistribwixxi kwalunkwe profitt distribwibbli tagħha jew tidħol f'azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, hi għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-ammont tal-kapital miżmum mill-istituzzjoni, subdiviż kif ġej:
(i)
kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni,
(ii)
kapital tal-Grad 1 Addizzjonali,
(b)
l-ammont tal-profitti tagħha interim u fi tmiem is-sena;
(c)
l-AMD ikkalkulat skont il-paragrafu 4;
(d)
l-ammont tal-profitti distribwibbli li jkollha l-intenzjoni talloka bejn dawn li ġejjin:
(iii)
pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.
▼C3
(iv)
il-pagament ta’ rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni, kemm jekk permezz ta’ ħolqien ta’ obbligu ġdid ta’ ħlas, jew pagament b’segwitu għal obbligu ta’ ħlas maħluq fi żmien meta l-istituzzjoni ma tkunx issodisfat ir-rekwiżit tar-riżerva ta’ kapital kombinata tagħha.
▼B
|
|
Artikolu 141 9.
|
L-istituzzjonijiet għandhom iżommu arranġamenti biex jiżguraw li l-ammont tal-profitti distribwibbli u l-AMD jkunu kkalkulati b'mod preċiż, u għandhom ikunu f'qagħda li juru dik il-preċiżjoni lill-awtorità kompetenti fuq talba.
|
|
Artikolu 141 10.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, id-distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandha tinkludi li ġej:
(a)
ħlas ta’ dividendi fi flus;
(b)
distribuzzjoni ta’ ishma bonus imħallsa totalment jew parzjalment jew strumenti kapitali oħra msemmija fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
tifdija jew xiri minn istituzzjoni tal-ishma proprji tagħha stess jew strumenti kapitali oħra msemmija fl-Artikolu 26(1)(a) ta’ dak ir-Regolament;
(d)
ħlas mill-ġdid tal-ammonti żburżati b'rabta ma' strumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 26(1)(a) ta’ dak ir-Regolament;
(e)
distribuzzjoni ta’ entrati msemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 26(1) ta’ dak ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|