+Artikolu 142 Pjan ta’ Konservazzjoni ta' Kapital
---+Artikolu 142 1.
---+Artikolu 142 2.
---+Artikolu 142 3.
---+Artikolu 142 4.

Artikolu 142 Pjan ta’ Konservazzjoni ta' Kapital

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 142 1.
Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva jew, fejn applikabbli, ir-rekwiżit ta' friżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha, għandha tħejji pjan ta' konservazzjoni kapitali u tippreżentah lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun identifikat li kienet qed tonqos li tissodisfa dak ir-rekwiżit, sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax dewmien itwal ta' mhux aktar minn 10 ijiem.

►C2  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali awtorizzazzjonijiet biss abbażi tas-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni ◄ u b'konsiderazzjoni tal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni.

Artikolu 142 2.

Il-pjan ta’ konservazzjoni ta' kapital għandu jinkludi dan li ġej:

(a) 

estimi tal-introjtu u n-nefqa u karta tal-bilanċ previżjonarja;

(b) 

miżuri biex jiżdiedu l-proporzjonijiet ta' kapital tal-istituzzjoni;

▼M11

(c) 

pjan u skeda ta’ żmien għaż-żieda tal-fondi proprji bl-objettiv li jiġi ssodisfat bis-sħiħ ir-rekwiżit ta’ riżerva kkombinata jew, fejn applikabbli, ir-rekwiżit ta’ riżerva tal-proporzjon tal-lieva;

▼B

(d) 

kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti tqis li tkun meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 3.

Artikolu 142 3.
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-pjan ta’ konservazzjoni ta’ kapital, u għandha tapprova l-pjan biss jekk tqis li, jekk jiġi implimentat, ikun raġonevolment probabbli li l-pjan jikkonserva jew jakkumula kapital suffiċjenti biex jippermetti lill-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit ta’ riżerva kkombinata tagħha jew, fejn applikabbli, ir-rekwiżit tar-riżerva ta’ proporzjon tal-lieva tagħha f’perjodu ta’ żmien li jitqies xieraq mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 142 4.

Jekk l-awtorità kompetenti ma tapprovax il-pjan ta’ konservazzjoni ta' kapital skont il-paragrafu 3, hija għandha timponi waħda jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:

(a) 

teħtieġ li l-istituzzjoni żżid il-fondi proprji sa livelli speċifikati f'perijodi speċifikati;

▼M11

(b) 

teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 102 biex timponi restrizzjonijiet aktar strinġenti fuq id-distribuzzjonijiet minn dawk meħtieġa mill-Artikoli 141 u 141b, kif ikun applikabbli.

▼B

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.