+Artikolu 143 Rekwiżiti ġenerali tal-iżvelar
---+Artikolu 143 1.
---+Artikolu 143 2.
---+Artikolu 143 3.
|
Artikolu 143 Rekwiżiti ġenerali tal-iżvelar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 143 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja:
(a)
it-testi tal-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli amministrattivi u l-gwida ġenerali adottati fl-Istat Membru tagħhom fil-qasam tar-regolamentazzjoni prudenzjali;
(b)
il-mod kifu jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni;
▼M5
(c)
il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji li jużaw fir-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97, inkluż il-kriterji għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità kif imsemmi fl-Artikolu 97(4);
▼M6
(d)
mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu 1, Taqsima 2 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id-data statistika aggregata dwar l-aspetti ewlenin tal-implimentazzjoni tal-qafas prudenzjali f'kull Stat Membru, inklużi l-għadd u n-natura tal-miżuri superviżorji meħuda f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 102(1) ta' din id-Direttiva, u tal-penali amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 65 ta' din id-Direttiva.
▼B
|
|
Artikolu 143 2.
|
L-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 għandha tkun suffiċjenti biex ikun jista’ jsir paragun sodisfaċenti rigward l-approċċi adottati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti. Dak li jiġi żvelat għandu jkun ippubblikat b’format komuni u aġġornat regolarment. Dak li jiġi żvelat għandu jkun aċċessibbli f’post elettroniku uniku.
|
|
Artikolu 143 3.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiddetermina l-format, l-istruttura, il-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|