|
+Artikolu 143 1. |
Artikolu 143 1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja:
(a)
it-testi tal-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli amministrattivi u l-gwida ġenerali adottati fl-Istat Membru tagħhom fil-qasam tar-regolamentazzjoni prudenzjali;
(b)
il-mod kifu jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni;
(c)
il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji li jużaw fir-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97, inkluż il-kriterji għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità kif imsemmi fl-Artikolu 97(4);
(d)
mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu 1, Taqsima 2 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id-data statistika aggregata dwar l-aspetti ewlenin tal-implimentazzjoni tal-qafas prudenzjali f'kull Stat Membru, inklużi l-għadd u n-natura tal-miżuri superviżorji meħuda f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 102(1) ta' din id-Direttiva, u tal-penali amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 65 ta' din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|