+Artikolu 10 7.

Artikolu 10 7.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jistipula alternattivi għall-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni msemmija fit-Titolu IV lill-istituzzjoni ta’ kreditu. Dan għandu jinkludi, b’mod kwantifikat kull fejn xieraq u possibbli:

(a) 

sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan;

(b) 

sommarju tal-bidliet materjali fl-istituzzjoni li seħħew wara li kienet ippreżentata l-aħħar informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni;

▼M8

(c) 

turija ta' kif il-funzjonijiet kritiċi u l-linji ewlenin ta' negozju jistgħu legalment u ekonomikament jiġu sseparati, sa fejn neċessarju, minn funzjonijiet oħra sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u r-reżiljenza operazzjonali diġitali hekk kif tfalli l-istituzzjoni;

▼B

(d) 

stima tal-qafas ta’ żmien għall-eżekuzzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan;

(e) 

deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 15;

(f) 

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 17 sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati b’riżultat tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 15;

(g) 

deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet kritiċi, linji ewlenin ta’ negozju u assi tal-istituzzjoni;

(h) 

deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti biex jiġi żgurat li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 11 hija aġġornata u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni il-ħin kollu;

(i) 

spjegazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar kif l-alternattivi tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati mingħajr is-suppożizzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin;

(i) 

kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100,

(ii) 

kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali, jew

(iii) 

kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard;

(j) 

deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti tar-riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli u l-limiti ta’ żmien applikabbli;

(k) 

deskrizzjoni tal-interdipendenzi kritiċi;

(l) 

deskrizzjoni tal-alternattivi biex jiġi priżervat l-aċċess għall-pagamenti u s-servizzi tal-ikklerjar u infrastrutturi oħra u, valutazzjoni tal-portabilità tal-pożizzjonijiet tal-klijenti;

(m) 

analiżi tal-impatt tal-pjan fuq l-impjegati tal-istituzzjoni, inkluża valutazzjoni ta’ kwalunkwe spejjeż assoċjati, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex jiġi kkonsultat il-persunal matul il-proċess ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali fejn applikabbli;

(n) 

pjan għall-komunikazzjoni mal-midja u l-pubbliku;

▼M3

(o) 

ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45e u 45f u skadenza sa meta għandu jintlaħaq dak il-livell, skont l-Artikolu 45m;

(p) 

fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tapplika l-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), skeda ta' żmien għall-konformità mill-entità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45m;

▼M8

(q) 

deskrizzjoni ta' operazzjonijiet u sistemi essenzjali għaż-żamma tal-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tal-istituzzjoni, inkluż netwerks u sistemi tal-informazzjoni kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

▼B

(r) 

fejn applikabbli kull opinjoni espressa mill-istituzzjoni fir-rigward tal-pjan ta’ riżoluzzjoni;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.