|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' fergħat sinifikattivi sa fejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, ifasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp. Il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandu jidentifika miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta':
(a)
l-impriża omm tal-Unjoni;
(b)
is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li huma stabbiliti fl-Unjoni;
(c)
l-entitajiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1); u
(d)
soġġett għat-Titolu VI, is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li huma stabbiliti barra mill-Unjoni. F'konformità mal-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jidentifika għal kull grupp l-entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-gruppi ta' riżoluzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|