+Artikolu 18 Setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà: it-trattament tal-grupp
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 6a.
---+Artikolu 18 7.
---+Artikolu 18 8.
---+Artikolu 18 9.

Artikolu 18 Setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà: it-trattament tal-grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-kulleġġ superviżorju u mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu l-fergħat sinifikattivi sa fejn huwa rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, għandha tikkunsidra l-valutazzjoni mitluba mill-Artikolu 16 fi ħdan il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tittieħed deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni ta' miżuri identifikati f'konformità mal-Artikolu 17(4) fir-rigward tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha u s-sussidjarji tagħhom li huma entitajiet msemmija fl-Artikolu 1(1) u li huma parti mill-grupp.
Artikolu 18 2.
L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, f'kooperazzjoni mas-superviżur konsolidattiv u l-EBA skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandha tħejji u tippreżenta rapport lill-impriża omm tal-Unjoni, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji, li għandhom jipprovduh lis-sussidjarji taħt is-superviżjoni tagħhom, u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikanti. Ir-rapport għandu jitħejja wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, u għandu janalizza l-impedimenti sostantivi għall-applikazzjoni effettiva tal-għodda ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-grupp, kif ukoll fir-rigward tal-gruppi ta' riżoluzzjoni fejn grupp ikun magħmul minn aktar minn grupp ta' riżoluzzjoni wieħed. Ir-rapport għandu jikkunsidra l-impatt fuq il-mudell ta' negozju tal-grupp u jirrakkomanda kwalunkwe miżura proporzjonata u mmirata li, fl-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, hija meħtieġa jew adatta sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti.

Fejn impediment għar-riżolvibbiltà tal-grupp huwa dovut għal sitwazzjoni ta' entità ta' grupp imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3), l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tinnotifika l-valutazzjoni tagħha ta' dak l-impediment lill-impriża omm tal-Unjoni wara li tkun ikkonsultat mal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha.

Artikolu 18 3.
Fi żmien erba' xhur mid-data tar-riċevuta tar-rapport, l-impriża omm tal-Unjoni tista' tippreżenta osservazzjonijiet u tipproponi miżuri alternattivi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp biex tirrimedja l-impedimenti identifikati fir-rapport.

Meta l-impedimenti identifikati fir-rapport ikunu dovuti għal sitwazzjoni ta' entità ta' grupp imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3) ta' din id-Direttiva, l-impriża omm tal-Unjoni għandha tipproponi, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi notifika li tkun saret skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp miżuri possibbli u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom biex jiġi żgurat li l-entità ta' grupp tikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45e jew 45f ta' din id-Direttiva espressi bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, fejn applikabbli, mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, u mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45e u 45f ta' din id-Direttiva espressi bħala perċentwal tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' miżuri proposti taħt it-tieni subparagrafu għandha tieħu kont tar-raġunijiet għall-impediment sostantiv. L-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, għandha tivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impediment sostantiv.

Artikolu 18 4.
L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-impriża omm tal-Unjoni lis-superviżur konsolidattiv, lill-EBA, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi sa fejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' ġurisdizzjonijiet fejn jinstabu fergħat sinifikanti, għandhom jagħmlu kull ma huwa fis-setgħa tagħhom sabiex jieħdu deċiżjoni konġunta fi ħdan il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-impedimenti sostantivi, u jekk ikun meħtieġ, il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriża omm tal-Unjoni u l-miżuri mitluba mill-awtoritajiet sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti, li għandhom jikkunsidraw l-impatt potenzjali tal-miżuri fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.
Artikolu 18 5.
Id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni ta' kwalunkwe osservazzjoni mill-impriża omm tal-Unjoni. Meta l-impriża omm tal-Unjoni ma tkun ippreżentat ebda osservazzjoni, id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien xahar mill-iskadenza tal-perijodu ta' erba' xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3.

Id-deċiżjoni konġunta dwar l-impediment għal riżolvibbiltà minħabba sitwazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3) għandha tittieħed fi żmien ġimagħtejn mill-preżentazzjoni ta' kwalunkwe osservazzjoni mill-impriża omm tal-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun iġġustifikata u mniżżla f'dokument li għandu jiġi provdut mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp lill-impriża omm tal-Unjoni.

L-EBA tista', fuq it-talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta skont il-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 18 6.
Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fil-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni proprja dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 17(4) fil-livell ta' grupp.

Id-deċiżjoni għandha tkun kompletament iġġustifikata u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-impriża omm tal-Unjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

Jekk, fi tmien il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe awtorità ta' riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li hu l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA, id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tapplika.

Artikolu 18 6a.
Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fi żmien il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni rilevanti għandha tieħu deċiżjoni hija stess dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 17(4) fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun motivata bis-sħiħ u għandha tieħu kont tal-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' entitajiet oħra tal-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-entità ta' riżoluzzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti.

Jekk, fi tmien il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe awtorità ta' riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li hu l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 18 7.
Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess dwar il-miżuri adatti li għandhom jittieħdu mis-sussidjarji fil-livell individwali skont l-Artikolu 17(4).

Id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-sussidjarja kkonċernata u lill-entità ta' riżoluzzjoni tal-istess grupp ta' riżoluzzjoni, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni u, fejn tkun differenti, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

Jekk, fi tmien il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe awtorità ta' riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li hu l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA, id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja għandha tapplika.

Artikolu 18 8.
Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 5 u d-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafi 6 u 7 għandhom ikunu rikonoxxuti bħala konklużivi u jiġu applikati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kkonċernati l-oħra.
Artikolu 18 9.
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta dwar it-teħid ta’ kwalunkwe miżura msemmija fil- punti (g), (h) jew (k) tal-Artikolu 17(5), l-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-paragrafi 6 jew 7 ta’ dan l-Artikolu, tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jaslu għal ftehim f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.