|
+Artikolu 33a 1. |
Artikolu 33a 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, wara li jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jirrispondu fi żmien xieraq, ikollhom is-setgħa jissospendu kwalunkwe obbligu ta' ħlas jew ta' konsenja skont kwalunkwe kuntratt li għalih istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun parti, fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ikun ġie ddeterminat, taħt il-punt (a) tal-Artikolu 32(1), li istituzzjoni jew entità qed tfalli jew aktarx li tfalli;
(b)
ma jkun hemm l-ebda miżura, imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 32(1), tas-settur privat disponibbli minnufih li tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità;
(c)
l-eżerċizzju tas-setgħa ta' sospensjoni hija meqjusa neċessarja biex jiġi evitat id-deterjorament ulterjuri tal-kondizzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni jew tal-entità; u
(d)
l-eżerċizzju tas-setgħa ta' sospensjoni jkun:
(i)
meħtieġ biex tinkiseb id-determinazzjoni prevista fil-punti (c) tal-Artikolu 32(1); jew
(ii)
meħtieġ biex jintgħażlu l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni xierqa jew biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|