|
+Artikolu 45b 4. |
Artikolu 45b 4.Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit minimu fl-Artikolu 45c(5) jew fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e li tkun daqs 8 % mit-total tal-obbligazzjonijiet, inklużi l-fondi proprji, għandha tiġi ssodisfata minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew li huma entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li livell aktar baxx minn 8 % mit-total tal-obbligazzjonijiet, inklużi fondi proprji, iżda ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula (1-X1/X2) x8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew huma entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn, fid-dawl tat-tnaqqis li jkun possibbli taħt l-Artikolu 72b(3) ta' dak ir-Regolament: X1 = 3.5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
X2 = l-ammont li jirriżulta mis-somma ta' 18 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-ammont tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata.
Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5), fejn l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu twassal għal rekwiżit 'il fuq minn 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju, għall-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tillimita l-parti tar-rekwiżit imsemmija fl-Artikolu 45e li għandha tiġi ssodisfata bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għal ammont daqs 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju, jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun sabet mill-valutazzjoni li:
(a)
l-aċċess għal arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni mhux meqjus bħala opzjoni biex tiġi riżolta dik l-entità ta' riżoluzzjoni fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u
(b)
fejn il-punt (a) ma japplikax, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e jippermetti lil dik l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 44(5) jew 44(8) kif applikabbli. Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tieħu kont ukoll tar-riskju ta' impatt sproporzjonat fuq l-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata. Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(6), it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma japplikax. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|