|
+Artikolu 45b 5. |
Artikolu 45b 5.Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li la huma G-SII u lanqas entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6), l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tiddeċiedi li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e li tkun sal-ogħla waħda mit-8 % tat-total tal-obbligazzjonijiet, inklużi l-fondi proprji, tal-entità u tal-formula msemmija fil-paragrafu 7, għandha tiġi ssodisfata bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a)
obbligazzjonijiet mhux subordinati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom l-istess klassifikazzjoni ta' prijorità fil-ġerarkija ta' insolvenza nazzjonali bħal ċerti obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 44(3);
(b)
ikun hemm riskju li, b'riżultat ta' applikazzjoni ppjanata ta' setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni għal obbligazzjonijiet mhux subordinati li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 44(3), kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom jirriżultaw minn dawk l-obbligazzjonijiet iġarrbu telf akbar milli kienu kieku jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti ta' insolvenza normali;
(c)
l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra ma jaqbiżx l-ammont neċessarju biex jiġi żgurat li l-kredituri msemmijin fil-punt (b) ma jġarrbux telf ogħla mil-livell tat-telf li altrimenti kienu jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti normali ta' insolvenza. Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li, fi klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont tal-obbligazzjonijiet li huma esklużi jew li hemm probabbiltà raġonevoli li jiġu esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 44(3), jammonta għal aktar minn 10 % ta' dik il-klassi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta r-riskju msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|