+Artikolu 45b 8.

Artikolu 45b 8.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6), li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, sa limitu ta' 30 % tal-għadd totali tal-entitajiet kollha ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) li għalihom l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e.

Il-kondizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kif ġej:

(a) 

fejn ġew identifikati impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà fil-valutazzjoni preċedenti tar-riżolvibbiltà, u jew:

(i) 

ma tkun ittieħdet ebda azzjoni ta' rimedju wara l-applikazzjoni tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 17(5) fl-iskeda ta' żmien deċiża mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, jew

(ii) 

l-impedimenti sostantivi identifikati ma jistgħux jiġu indirizzati bl-użu ta' kwalunkwe waħda mil-miżuri msemmijin fl-Artikolu 17(5), u l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jkun jikkumpensa parzjalment jew kompletament għall-impatt negattiv tal-impedimenti sostantivi fuq ir-riżolvibbiltà;

(b) 

l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis li l-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta mill-entità jkunu limitati, b'kont meħud tad-daqs tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-interkonnettività, in-natura, l-iskop, ir-riskju u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-istatus legali tagħha u l-istruttura azzjonarja tagħha; jew

(c) 

ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE jirrifletti l-fatt li l-entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew hija soġġetta għall-Artikolu 45c(5) jew (6) ta' din id-Direttiva tkun, f'termini ta' stat ta' riskju, fost l-aqwa 20 % tal-aktar istituzzjonijiet riskjużi li għalihom l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta' din id-Direttiva.

Għall-finijiet tal-perċentwali msemmijin fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha żżid in-numru li jirriżulta mill-kalkolu sal-eqreb numru sħiħ.

L-Istati Membri jistgħu, billi jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur bankarju nazzjonali tagħhom, inkluż b'mod partikolari n-numru ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) li għalihom l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e, jiffissaw il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu fuq livell ogħla minn 30 %.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.