|
+Artikolu 45b 9. |
Artikolu 45b 9.L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 jew 7 biss wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti. Meta tieħu dawk id-deċiżjonijiet, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis ukoll:
(a)
il-profondità tas-suq għall-istrumenti ta' fondi proprji u l-istrumenti eliġibbli subordinati tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-ipprezzar ta' tali strumenti, fejn dawn jeżistu, u l-ħin meħtieġ biex titwettaq kwalunkwe transazzjoni meħtieġa għall-fini ta' konformità mad-deċiżjoni;
(b)
l-ammont ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmijin fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jkollhom maturità residwa ta' anqas minn sena mid-data tad-deċiżjoni, bil-ħsieb li jsiru aġġustamenti kwantitattivi għar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafi 5 u 7 ta' dan l-Artikolu;
(c)
id-disponibbiltà u l-ammont ta' strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmijin fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 barra fil-punt (d) tal-Artikolu 72b(2) ta' dak ir-Regolament;
(d)
jekk l-ammont ta' obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 44(2) jew (3) u li, fi proċedimenti ta' insolvenza normali, jikklassifikaw fl-istess livell ta' jew taħt l-obbligazzjonijiet eliġibbli bl-ogħla klassifikazzjoni jkun sinifikanti meta mqabbel mal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta' riżoluzzjoni. Fejn l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-ammont eskluż għandu jitqies bħala mhux sinifikanti. Ogħla minn dak il-limitu, is-sinifikat tal-obbligazzjonijiet esklużi għandu jkun ivvalutat mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni;
(e)
il-mudell ta' negozju, il-mudell ta' finanzjament, u l-profil tar-riskju tal-entità ta' riżoluzzjoni, kif ukoll l-istabbiltà tagħha u l-abbiltà li tikkontribwixxi għall-ekonomija; u
(f)
l-impatt tal-ispejjeż ta' ristrutturar possibbli fuq ir-rikapitalizzazzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|